top of page
Photo.jpg

Rodney Gauci, Keith Demicoli, Bryan Muscat u Pawlu Testa

waqt il-konferenza stampa - 27 ta' Awwissu 2024

Flimkien ma’ Rodney, jieħdu sehem ukoll numru kbir ta’ kantanti u atturi magħrufa   Clara Sciberras fil-parti tal-prinċipessa, Gorg Micallef, Jason Scerri, Mariah, Lee-N, Petra, Rebecca, Leah, Brian Farrugia, Shaun Rizzo, Jacob Piccinino, Matteo Camilleri Testa, Moses Galea, Luca Borg Pardo u Beppe b’direzzjoni ta’ Bryan Muscat. Kostumi ġodda għall-okkażjoni min Loui Noir. Il-Band live se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast Conrad Briffa. Iż-żeffiena minn Kinetic Dance Studio.

Il-kumpanija ħabbret ukoll f’konferenza tal-aħbarijiet f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt, li r-rappreżentazzjoni speċjali ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena se tkun segwita minn riċeviment fis-sala La Vallette ta’ Dar il-Mediterran għal min jixtieq jibda s-sena l-ġdida f’atmosfera ċelebrattiva.  Imma dan mhux kollox, għaliex il-kumpanija Teatru Rjal għandha għal din is-sena novità oħra. L-istess pantomima, bl-istess xenarji, l-istess atturi u l-istess kostumi, se tkun qed tittella’ wkoll f’dati differenti fit-teatru rinnovat tal-Oratorju Don Bosco, fir-Rabat Għawdex, f’żewġ rappreżentazzjonijiet is-Sibt 4 ta’ Jannar 2025 fis-7.30pm, u l-Ħadd 5 ta’ Jannar 2025 fil-5.30pm. Il-booking għal dawn ir-rappreżentazzjonijiet jiftaħ fl-1 ta Settembru u tul ix xahar ta’ Settembru hemm offerta ta’ 10% kull persuna. Ibbukkja online mill-website ktrmalta.com jew permezz tat-telefon  99476468 jew 99994987.

Tħallux għall-aħħar… Sleeping Beauty – anke jekk forsi taħsbu li tkun rieqda, xorta se tkun qed tistenniekom.

‘Is-Sleeping Beauty’


Il-Pantomima bil-Malti 2024

Il-kumpanija Teatru Rjal ħasset li kellha tagħmel il-pass li jmiss… li għall-ewwel darba l-Pantomima toħroġ mit-teatru tal-Istitut Kattoliku u ssir fit-teatru prestiġjuż ta’ Dar il-Mediterran, fil-Belt Valletta, li wkoll, dan it-Teatru maestuż se jkun qed jospita fih għall-ewwel darba spettaklu teatrali fil-ġeneru tal-Pantomima tal-Milied.
F’dan it-teatru, li matul is-snin ospita fih mhux biss l-aqwa talent u l-aqwa produzzjonijiet lokali, imma anki kunċerti u rappreżentazzjonijiet oħra minn kantanti u kumpaniji kbar internazzjonali, se jkunu qed jittellgħu diversi rappreżentazzjonijiet tal-Pantomima bil-Malti Sleeping Beauty… dejjem f’Diċembru, il-Ħamis 26 fis-2.30pm u 7.30pm, il-Ġimgħa 27 fis-7.30pm, il-Ħadd 29 fl-4pm, it-Tnejn 30 fis-7.30pm u għall-ewwel darba fl-aħħar tas-sena, it-Tlieta 31 ta’ Diċembru 2024 fis-7pm. Id-dama, għas-seba’ sena tkun f’idejn l-attur bravu Rodney Gauci, isem li llum stabbilixxa ruħu ferm mal-udjenza tat-teatru, partikolarment dawk tal-pantomima tal-kumpanija Teatru Rjal.

bottom of page