top of page
1 Poster Kavallier Ghaz Zwieg 2022.jpg
15.jpg
11.jpg
13.jpg
3 Poster Kavallier Ghaz Zwieg 2022.jpg

L-aħħar weekend ta’ Jannar 2022 kienet data mistennija mill-kumpanija Teatru Rjal, kif ukoll għalina l-atturi li ħadna sehem fil-kummiedja 

Kavallier għaż-Żwieġ. Wara waqfa ta’ iktar minn sentejn ta’
xogħlijiet teatrali, minħabba Covid-19, Teatru Rjal irritorna b’kummiedja
divertenti u wkoll b’ritorn tal-attur bravu Hector Bruno u atturi oħra li
akkumpanjawh. 
Din il-kummiedja, minbarra li offriet divertiment lil dawk li attendew,
kienet ukoll ta’ sodisfazzjon għal dawk li ħadu sehem, kemm l-atturi kif
ukoll il-backstage crew. Il-pandemija ġabet magħha diversi problemi
fosthom miżuri li ridna nosservaw, imma xorta wassalna dan ix-xogħol
għand l-udjenza li attendiet u s-sodisfazzjon tagħna kien dak li naraw lin-
nies tiddeverti u tesprimi kummenti pjaċevoli hafna.
Grazzi kbira tmur lejn il-kumpanija Teatru Rjal li ħadet ir-riskju
torganizza dan ix-xogħol teatrali u grazzi wkoll lill-Kunsill Malti għall-
Arti, li bis-sapport finanzjarju seta’ jagħti serħan il-moħħ lill-producer u
jagħmillu kuraġġ biex jidħol għal dan ir-riskju b’mod aktar kalkulat.
Dan kollu għen biex permezz ta’ din il-kummiedja divertenti t-teatru
reġa’ beda jqum fuq saqajh u jwassal messaġġ li għadu ħaj u determinat
li jerġa’ lura għall-ħajja normali li tilef minħabba biża’ reali u ġustifikata
f’sentejn ta’ pandemija. 

Marica Cassar

Poster Kavallier Ghaz Zwieg 2022..jpg
8 Poster Kavallier Ghaz Zwieg 2022.jpg
7 Poster Kavallier Ghaz Zwieg 2022.jpg
4 Poster Kavallier Ghaz Zwieg 2022.jpg
2 Poster Kavallier Ghaz Zwieg 2022.jpg
6 Poster Kavallier Ghaz Zwieg 2022.jpg
12.jpg
10.jpg
16.jpg
17.jpg
5 Poster Kavallier Ghaz Zwieg 2022.jpg
Capture.PNG
  • w-facebook
Mattresss.jpg
corporate_horizontal_logo_-_2_colours.tiff
Tokis Full Colour.png
Nest_Logo_Stacked_-08.png
Capture.PNG

133, G'Mangia Hill,
G'Mangia, PTA1311. Malta.
website:   ktrmalta.com.
 email:   info@ktrmalta..com 

Mobile: 99476468

WHITE.png
Pepsi HQ.png
Untitled-1.jpg
rsz_original_summer_programme_2015.png
bottom of page