top of page

 

 

 

 

 

 

 

SYNOPSIS

 

L-annimali u l-bnedmin fil-ġungla mhux suppost jitħalltu. Lil Mowgli, bniedem li rabbewh il-lupi u l-annimali kollha fil-Ġungla, kienu jqisuh wieħed minnhom.

Meta Mowgli xejjen il-pjan ta’ Sharkan (it-Tigra Kattiva li kulħadd kien jibża’ minnha) biex jittradixxi ’l sħabu l-annimali, din thedded lil omm u ’l missier Mowgli (il-Lupi) li jekk Mowgli ma jitlaqx mill-ġungla toqtolhom kollha,

għalhekk Mowgli ssagrifika lilu nnifsu u jitlaq fid-dinja moderna. Ballola (l-ors), li kienet saret tħobb lil Mowgli, ħaditha bi kbira ħafna għax l-ewwel kellha ’l Tarzan u serqitulha Jane, u issa kellu jinqala’ dan.

Jgħaddu s-snin u Mowgli integra ruħu fid-dinja moderna u sar iħobb lil Stef (it-tifla ta’ dawk li adottawh).

Sadanittant Sharkan qatt ma ħafritha lil Mowgli talli l-pjan tagħha sfaxxa. Għalhekk tuża fake profile ta’ Mowgli f’Junglebook (facebook tal-ġungla) biex iddaħħal f’nassa lill-annimali tal-foresta u jaqbadhom is-circus master u

jużahom għaċ-ċirku li jwasslu għall-ħtif ta’ Mowgli meta xi darba jmur jara x-show.

Id-destin ried li Mowgli jerġa’ jsib il-familja tal-Ġungla tiegħu u flimkien jindunaw bil-pjan ta’ Sharkan. Kollha kemm huma, immexxijin mill-Ors, Mowgli u bl-għajnuna tal-Penguins, il-kuġini tagħhom mill-Awstalja, jingħaqdu

fi ġlieda aħħarija biex jeħilsu l-annimali maqbuda, u finalment jaqbdu ’l Sharkan u din tieħu dak li ħaqqha.

KITBA TA'  DANUSAN

HAJR:

Tul dawn l-ahhar 18 il-sena eluf kbar ta' nies gew jaraw il-Pantomima mtella mill-Kumpanija Teatru Rjal..........Int gej dis-sena? META?

MA MIN SE TIDDEVERTU?
BALOOLA......id-Dama Rodney Gauci

SHARKAN: Michela Galea

KACCATUR 1 Mario Cassar

KACCATUR 2 Brian Farrugia

CIRCUS MASTER: Soraya Queen

PAGUN: Alexia Micallef

ALAN BATES (SERP): Louis Andrew Cassar

AKELA: Jeffrey Scicluna

RASHKI: Julie Pomorski

MOWGLI (KBIR): Kevin Paul Calleja

MOWGLI (ZGHIR): Matteo Calleja Tonna

STEF: Jasmine Abela

FARFETT IL- LEJL: Mariah Mangion

GURDIEN: Leah Mifsud

PENGUINS: Zeffiena

KOREOGRAFIJA: Clayton u Daphny ghal-Kinetic Dance Studio

DIRETTUR MUZIKALI: Conrad Briffa

MUZICISTI: Amante, Jesmond, Conrad Dimech u Edward

 

MIN HADEM HAFNA U MA JHOBX JIDHER!!!!!!!!!!

KITBA: Danusan

GRAFIKA: Rodney Gauci

PROJECTIONS: Rodney Gauci

KOSTUMI: Marika (Loui Noir)

SCREEN: RJ Vella

MAKEUP: Vanessa Make Up Artist

XENOGRAFU:  Marco Bartolo

PROPS U STAGE MANAGER: Joe Callus

SOUND: Twylight Sound System

RITRATTI: Robert ghal-Fotoclassic

DIREZZJONI: Ray Abdilla

PRODUZZJONI: Pawlu Testa, Danusan u Joseph Testa

BINI TAS-SET:

Victor Scerri

Mario Farrugia

Renzo Bonello

Jason Cordina

Ismael Bonello

USHERS:

Romina Bonello

Roxanne Bonello

Ghall-Istitut Kattoliku:

THEATRE MANAGER:  Frankie Bonello

DIRETTUR: Dun Gwann Galea

Hajr lil Gurnali In-Nazzjon Taghna / Mument / Orizzont / Torca / Times Of Malta

Stazjonijiet tar-Radju NetFM, One, PBS u Radju ta' l-Universita.


 

1 FB COVER  2Artboard.png
bottom of page