top of page
MEMORJI Mill-AHHAR 30 sena...jpg
booking miftuh mill gdid hector.jpg
POSTERS WEBSITE.jpg
  22 December 2019  -  5 January 2020
LOGO.png

Restrizzjonijiet tal COVID19

*Kull persuna jrid ikollha ċertifikat validu tal-vaċċin kontra l-Covid. Dan jista' jkun stampat jew muri fuq il-mobile b'mod ċar biżżejjed biex ikun jista' jiġi skennjat. 

*Qabel id-dħul tittieħed it-temperatura lil kull persuna.

 *Jekk għal xi raġuni konnessa mal-Covid titħassar xi rappreżentazzjoni, il-flus tal-biljett/i jingħataw lura.

 *Kemm ġewwa t-teatru kif ukoll barra fir-reception trid tintlibes il-maskra protettiva.

 *Kull linja gwida maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa qed tkun osservata.

IL-KUMPANIJA TEATRU RJAL TIRRITORNA FUQ IL-PALK

Hector Bruno protagonist f’kummiedja 
divertenti fit-teatru tal-Istitut Kattoliku

Teatru Rjal tħejji tliet produzzjonijiet biex tfakkar it-30 anniversarju tagħha

Wara sentejn wieqfa kawża tal-Covid-19, il-kumpanija Teatru Rjal beħsiebha tirritorna bil-kbir bi tliet produzzjonijiet fit-teatru tal-Istitut Kattoliku, fil-Furjana, li bihom se tkun qed tiċċelebra t-30 sena mit-twaqqif tagħha.Dejjem jekk il-pandemija tippermetti u ma terġax thedded l-attivitajiet teatrali, l-ewwel attività li se tfakkar dan l-anniversarju se tkun kummiedja divertenti għall-familja kollha li l-protagonist tagħha – kif jixraq – se jkun attur famuż u maħbub li matul dawn it-30 sena ta sehem kbir f’bosta rappreżentazzjonijiet tal-kumpanija Teatru Rjal – Hector Bruno.Il-kummiedja jisimha KAVALLIER GĦAŻ-ŻWIEĠ, miktuba minn Franco Roberto u adattata għall-palk Malti minn Charles Izzo, isem ieħor stabbilit ferm fil-qasam teatrali f’Malta.Lil Hector Bruno l-udjenza tal-Istitut Kattoliku tafu sewwa u tiftakru b’mod partikolari fil-partijiet tad-dama li għamel bosta drabi waqt il-pantomimi tal-Milied mal-istess kumpanija. Isem Hector Bruno hu marbut mas-suċċess li l-kumpanija Teatru Rjal kisbet matul dawn it-30 sena u bix-xieraq li se jkun hu l-protagonist – flimkien ma’ atturi oħrajn bravi – hekk kif din il-kumpanija se terġa’ titfaċċa wara l-waqfa mhux mixtieqa. “Wara t-tensjoni u s-sagrifiċċji li ġabet magħha l-pandemija, min m’għandux aptit jidħaq daħqa tajba?”Fittixt li nferraħ ħafna nies matul is-snin u żgur li f’dan il-mument li għaddejjin minnu għandna bżonn tbissima,” qal Hector Bruno.Madankollu Hector mhux se jkun waħdu fuq il-palk. Hu se jkun akkumpanjat ukoll minn grupp ta’ atturi daqstant ieħor bravi u ta’ esperjenza: Carlos Farrugia, Marica Cassar, Cecilia Testa, Cynthia Micallef, Jurgen Ciantar, Mario Cassar u Joanne Debono b'direzzjoni ta' Ray Abdilla.‘Kavallier għaż-Żwieġ’ se ssir l-Istitut Kattoliku, il-Furjana, nhar is-Sibt 29 ta’ Jannar 2022 fis-7pm u l-Ħadd 30 ta’ Jannar fis-6.30pm.                    Booking miftuħ online fuq  www.ktrmalta.com jew jista’ wkoll iċempel 99476468.

L-istorja fil-qosor

F’guest house immexxija minn familja nsibu lil Stella, il-proprjetarja li tagħmilha ta’ kollox. Imur ta’ sikwit f’din il-guest house Kavallier Evaristu, ġuvni sinjur u ħabib tal-proprjetarja u l-familja tagħha. Fl-istess guest house ikun hemm Walter, żagħżugħ pulit u eleganti, gradwat bħala inġinier li jkun mar hemm għall-kwiet biex jistudja bl-iskop li jispeċjalizza fl-Inġinerija Elettronika. Imma din id-darba l-Kavallier iġib miegħu żewġ mistednin, omm fuq tagħha ġmielha u bintha li tiġi taqa’ u tqum minn kollox, bl-iskop li jsib l-imħabba ta’ ħajtu u jipproponilha għaż-żwieġ.
 

Tgħid ma’ min se jispiċċa l-Kavallier fl-aħħar?! U kif ħa jidħol f’din il-kobba ż-żagħżugħ inġinier, li jispiċċa bejn il-basla u qoxritha?


Biex tkompli titħawwad il-borma fl-istorja jidħol ukoll il-karattru tal-Anġlu Kustodju tal-Kavallier (li l-Kavallier ma jemminx fih). Dan ikun hemm biex
jipproteġih. Jarah il-Kavallier biss, imma hu jaħseb li qed jarah kulħadd, allura waqt li jibda jitkellem miegħu ta’ madwaru jaħsbuh li qed jiġġennen

għax jarawh jitkellem fil-vojt. Min ħa jispiċċa ma’ min finalment? Meta kollox jidher li se jintemm b’wiċċ il-ġid, tiġri xi ħaġa li taqleb kollox ta’ taħt fuq.
 

Kummiedja li tħallik bla nifs, għax is-sorpriżi u l-mumenti komiċi ma jieqfu qatt.......U ngħiduha kif inhi, min m’għandux aptit daħqa tajba bħalissa, minn wara l-maskra protettiva?!

MEMORJI Mill-AHHAR 30 sena...jpg
KTR 1.jpg
KTR 9.jpg
  22 December 2018  -  5 January 2019
  22 December 2018  -  5 January 2019
bottom of page