MEMORJI
mill-Ahhar
30 sena
Kumpanija
Teatru Rjal

Kumpanija Teatru Rjal
133, G'Mangia Hill, G'Mangia. PTA 1311
MOBILE: (+356) 99476468


MEMORJI
mill-Ahhar
30 sena
Heading 5
Kif jgħidu: “Taf kemm taf, qatt ma tkun taf biżejjed” u hekk nistgħu ngħidu fejn tidħol l-
Istorja ta’ Malta. Taqra kemm taqra kotba u tisma’ kemm tisma’ riċerka, qisek dejjem
tiskopri affarijiet ġodda. Wara xhur ta’ riċerka estensiva, il-kumpanija tat-teatru
PassWaraPass, se tippreżenta lejla satirika għall- familja kollha, bl-isem ta’ L-Istorja ta’ Malta
– Il-Verità.
Il-produzzjoni, li ser issir fis-6, 12 u 13 ta’ Frar, teħodna dawra mal-istorja ta’ Malta mill-bidu
net sas-sena 2040. Nibdew mill- bidu 5200 QK fejn niltaqgħu mal-ewwel Maltin u niskopru
x’kien l-ewwel kliem li jingħad u kif ġew iffurmati t-tempji. Naraw kif żvolġiet il-miġja ta’ San Pawl u nsiru nafu x’kienet il-vera raġuni għalfejn seħħ l-Assedju l-Kbir. Bis-saħħa ta’ xeni
qosra u umoristiċi, l-atturi joħduna fi żmien il-Franċiżi u jlaqqgħuna ma’ min vera kien
Napuljun. Naraw kif kienu jitħarġu is-suldati rekruti fi żmien il-gwerra u niskopru kif
verament inkitbu l-kliem tal-Innu Malti. Id-disinn tas-set flimkien ma’ kostumi pprovduti
minn Louie Noir, se jgħinuna biex verament ngħixu dawk iż-żminijiet. Wara l-ġrajja tal-
Indipendenza u l-Ħelsien, naraw kif kienu jgħixu l-Maltin fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet.
Nirrakkuntaw avvenimenti bħall-ewwel miġja tal-Papa u kif irreagixxew il-Maltin għall-
Eurovision ta’ 1998. Ix-xeni kollha huma mżewqa b’kanzunetti magħrufa b’arranġament
mużikali ta’ Christian Arding u lirika ta’ Dorian Micallef. Din is-serata ta’ satira, tispiċċa b’xeni fil-futur fejn ser inkunu nistgħu nesploraw kif se tkun Malta u kif se jgħixu l-Maltin fis- sena 2040.
B’kitba ta’ George Micallef u direzzjoni ta’ Pawlu Bonello, din is-serata ta’ satira se toffri
spettaklu ta’ daħk, kant u żfin għall- familja kollha ta’ kull età. Fost l-atturi li se jieħdu sehem
insibu lil Kris Spiteri, Mario Spiteri Snitz, Pawlu Bonello, Stephanie Grech Mallia, Dorian
Micallef, Claudia Mizzi, Matthew Balzan, George Micallef u Kaya Piscopo. Il-korjografija ta’
żfin hija ta’ Keith Dance Studio, il-make up artistiku huwa kollu xogħol mit-tim ta’ Graziella
Casha filwaqt li Vince Piscopo minn Photoscopo Malta, huwa d-direttur tal-fotografija. Is-
serata satirika se titella’ fis-6, 12 u 13 ta’ Frar fl-Istitut Kattoliku il-Furjana. Billjetti mill-bar tal-Istitut Kattoliku jew ċemplu 99076107.
Il-protokolli maħruġa mid-dipartiment tas-saħħa rigward il-COVID-19, se jiġu rrispettati u osservati