top of page

Jiddu l-Kwiekeb 2026

Lejla mużikali ta’ spettaklu u armonija mill-Kumpanija Teatru Rjal f’Diċembru li ġej f’Dar il-Mediterran ✨

Wara s-suċċess kbir bl-introduzzjoni tal-kunċert mużikali Jiddu l-Kwiekeb... Lejla ta’ spettaklu u armonija s-sena li għaddiet f’Dar il-Mediterran, il-Kumpanija Teatru Rjal qed tipprepara bis-sħiħ lejla oħra ta’ spettaklu u armonija bl-isem Jiddu l-Kwiekeb 2026, għal darb’oħra fit-teatru prestiġjuż u storiku ta’ Dar il-Mediterran, il-Belt, nhar is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2026 fis-7.30pm.

Id-direzzjoni għażlet li żżomm l-istess isem tas-sena li għaddiet għax il-ħsieb tal-organizzaturi wara l-isem ‘Jiddu l-Kwiekeb’ huwa li din is-serata tkun minn sena għall-oħra dedikata għal dawk il-persuni li minn wara l-kwinti jaħdmu matul is-sena kollha biex jagħmlu l-ħajja ta’ persuni fil-bżonn ftit aktar faċli waqt li joffru l-għajnuna u l-appoġġ tagħhom bla ħlas.

Fost il-ħafna għaqdiet u organizzazzjonijiet volontarji li ma jiqfux jagħmlu l-ġid f’pajjiżna matul is-sena kollha, ċertament hemm Puttinu Cares li jaħdmu bla heda ma’ persuni u tfal morda u jassistuhom f’Malta u barra fil-kura li jkollhom bżonn.

Għalhekk il-Kumpanija Teatru Rjal se jkun qed tgħaddi parti mid-dħul tal-biljett ta’ din l-edizzjoni ta’ Jiddu l-Kwiekeb 2006 lil din l-organizzazzjoni, immexxija minn persuni li verament huma kewkba li tiddi u titfa’ raġġ ta’ tama f’kull min iħabbat il-bieb tagħha.

F’atmosfera mill-isbaħ l-udjenza se tgawdi siltiet mużikali immortali kemm internazzjonali kif ukoll Maltin li jqanqlu l-ferħ, divertiment, nostalġija u spettaklu mhux biss mużikali imma wkoll viżiv, kif inhi rinomata ħafna li tagħmel din il-kumpanija.

Fuq il-palk se jkunu preżenti ismijiet magħrufa bħal Neville Refalo, Ludwig Galea, J Anvil, Mark Tonna, Corazon, Talitha, Sarah Bajada, Debbie Scerri, il-kor VOCA taħt id-direzzjoni ta’ Nathalie Camilleri u l-assistenta Lara Bonnici, u l-kor tat-tfal Future Voices immexxi minn Maria Bellia u Iona Dalli. Ismijiet li jiggarantixxu serata mill-isbaħ u ta’ livell bla preċedent fil-produzzjonijiet imtellgħa mill-Kumpanija Teatru Rjal.

Ma’ dawn il-preżenza ta’ orkestra ta’ għaxar elementi li se tkun immexxija minn Conrad Briffa.

Il-preżentazzjoni se tkun f’idejn Marica Cassar, persuna oħra b’esperjenza twila u tant versatili fuq il-palk Malti.

Kull min hu midħla tal-produzzjonijiet mużikali li tellgħet il-Kumpanija Teatru Rjal matul l-34 sena mit-twaqqif tagħha, jaf li għandu jistenna serata indimentikabbli ta’ mużika sabiħa fi sfond ta’ spettaklu ta’ dwal, projections, sound u korjografija tal-ogħla livell, li laħaq il-quċċata tiegħu meta s-sena li għaddiet irrikorriet għall-ewwel darba għat-teatru prestiġjuż ta’ Dan il-Mediterran fil-Belt Valletta.

Booking jinsab miftuħ mis-sit ktrmalta.com jew permezz tan-numru tat-telefon 99476468.

Tinsewx li ma’ kull biljett maqtugħ, minbarra garanzija ta’ serata mill-aktar pjaċevoli, se tkunu qegħdin tgħinu b’mod dirett lil Puttinu Cares. Tħallux għall-aħħar

Ludwig Galea, wieħed mill-aktar kantanti popolari fil-gżejjer Maltin, artist fil-musical theatre li għandu Associate Diploma mit-Trinity College f’Londra. Apparti l-kant, huwa wkoll għalliem tad-drama fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.  Ix-xogħol tiegħu jinkludi taħriġ kontinwu ma’ studenti fl-arti teatrali, moviment, taħdit u reċtar kif ukoll proġetti teatrali intensivi li jsiru minn żmien għal żmien. Matul il-karriera artistika tiegħu, ħa sehem f’numru ta’ avvenimenti kulturali nazzjonali, kif ukoll lura fl-2004 irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision  Song Contest li sar f’Istanbul, it-Turkija.


Ludwig kien kanta f’avveniment privat organizzat f’Malta minn Sir Cameron Mackintosh kif ukoll kien supporting act fil-kunċert li r-rock band Simply Red taw f’pajjiżna. Wieħed mill-ftit kantanti Maltin li kellu x-xorti jagħti kunċerti barra minn xtutna f’diversi pajjiżi Ewropej kif ukoll fl-Awstralja u l-Amerka. Karriera li għadha għaddejja fuq diversi proġetti mużikali u teatrali.

Ludwig.jpg

Neville Refalo beda l-karriera tiegħu bħala kantant 25 sena ilu taħt it-tmexxija tal-Maestro rinomat Bryan Cefai. Matul is-snin, ħa sehem f’diversi festivals prestiġjużi kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, b’wirjiet f’pajjiżi bħall-Italja, Spanja, Ċipru u l-Montenegro.


Huwa wkoll wiċċ magħruf fit-televiżjoni Maltija, fejn deher f’għadd ta’ programmi lokali, kemm bħala kantant residenti kif ukoll bħala attur drammatiku. Neville jagħmel parti minn diversi bands stabbiliti fil-pajjiż u ħa sehem f’ħafna avvenimenti nazzjonali.


Bħala attur tal-palk stabbilit, Neville interpreta r-rwoli prinċipali f’ħafna produzzjonijiet teatrali ta’ suċċess f’Malta. Fosthom insibu Jesus Christ Superstar, The Phantom of the Opera, Jekyll and Hyde, Caravaggio, The Band’s Visit, Chicago, Cabaret u Beauty and the Beast.

 

Magħruf għall-vuċi rock distintiva u firxa vokali wiesgħa u espressiva, Neville hu partikolarment apprezzat għall-interpretazzjonijiet tiegħu ta’ artisti leġġendarji bħal Queen u Pink Floyd, fost klassiċi oħra tar-rock. Il-vuċi unika tiegħu u l-preżenza qawwija fuq il-palk ikomplu jiġbdu lattenzjoni tal-udjenzi kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.

Mark Tonna beda l-karriera muzikali tiegħu meta kellu ħdax-il sena, fejn ma’ sħabu tal-iskola kienu ffurmaw kor u grupp bil-kitarri għal waqt il-quddiesa. Minn hemm Mark kien membru f’diversi gruppi tal-mużika rock, sakemm fl-1993 iddeċieda li jmur solista.


Ħa sehem f’diversi musicals bi produzzjoni lokali, kemm Maltin kif ukoll
barranin, kif ukoll kiteb mużika u lirika għal xi musicals Maltin. Fl-1996 ħareġ l-ewwel CD album tiegħu jismu ‘Before my Eyes’. Hu ħa sehem f’diversi festivals fosthom Kanzunetta għall-Ewropa, Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija, L-Għanja tal-Poplu u Festival Kanzunetta Indipendenza, festivals fejn Mark irnexxielu jikseb rizultati mill-aqwa.


It- talenti ta’ Mark marru wkoll barra mix-xtut Maltin, fejn Mark kanta
f’bosta pajjiżi, fosthom l-Italja, Dubai, it-Tuneżija, ir-Renju Unit, il-Bulgarija, it-Turkija, l-Awstrija, Spanja, il-Ġermanja, l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada.

Talitha Dimech hija artista tal-musical theatre, kantanta u attriċi akkreditata mill-Guildhall u mit-Trinity College of Music, b’taħriġ fil-kant klassiku u fl-SLS. Il-krediti teatrali tagħha jinkludu l-irwol ta’ Norma Desmond f’Sunset Boulevard, Morgan f’And Murder It Is!, fejn ħolqot għall-ewwel darba l-karattri ta’ Lena u Tiberia f’Caravaggio the Musical, l-omm tar-raġel ta’ Cinderella f’Into The Woods, u Jill f’Jack & The Beanstalk.

Produzzjonijiet oħra jinkludu Sweeney Todd, Jekyll & Hyde, Seussical, Dracula Spectacular, The Ragged Child, Tin Pan Ali, The King & I, Rock Nativity, Sound of Musicals u Għażiż Francis. Aktar tard din is-sena, hija se tinterpreta l-irwol ta’ Janet f’The Rocky Horror Show.

Talitha dehret ukoll fil-produzzjonijiet televiżivi Dellijiet u Santa Monica, u kantat bħala mistiedna f’Beyond The Barricade, il-Malta Beer Festival, Earth Garden, il-Bay Music Awards, Xirka Rock, Rockwired u fir-Royal Opera House. Hija tkompli tesegwixxi kemm bħala artista solista kif ukoll ma’ The Apollos, u taħdem professjonalment bħala makeup artist.

Talitha.jpg

Debbie hija wiċċ popolari fix-xena tal-mużika Maltija.  Fl-1997 bil-kanzunetta `Let me Fly` hija kienet l-Ambaxxatrici ghal Malta fil-Eurovision Song Contest, li gabilħa diversi successi w opportunitajiet  fl-Awstralja, l-Kanada, l-Amerika u Cipru b'kollaborazzjoni ma’ artisti diversi.  Hija rebhet diversi awards prestiggjuzi kemm lokali u  barra. 

Debbie hadmet ukoll f`diversi produzzjonijiet muzikali ma` l-aqwa esponenti f`pajjizna fosthom, Spiteri Lucas Entertainment, Kumpanija Teatru Rjal, Yada Dance Company, Teatru Malta, Balzunetta Productions u Teatru Malta.  Nafuha wkoll bhala prezentatrici ta` bosta programmi televizivi kif ukoll fuq ir-radju.

Fost ir-repertorju vast tagħha, insibu l-albums `Having You`,  `Tbissima`, u ‘Tgħannieqa mingħand il-Maltin’ u s-cd singles `Born to Love`, `Let me Fly`, `Era the Dance Show` u `Perfect Timing`.  Is-silta muzikali bil-Malti ‘Jien mill-Gdid’ tnehdiet flimkien ma' vidjo muzikali. Fl-2023 b'kollaborazzjoni ma' Mark Spiteri Lucas nkiseb it-tieni post fl-'Ghanja tal-Poplu' bid-dwett 'Meravilja'.

Debbie kienet intazgħlet mill-Kummisjoni Gholja Indjana f'Malta sabiex tinterpreta silta popolari, mill-150 sena tat-twelid ta' Mahatma Gandhi.  Hija wkoll membru tal-kor popolari Animae Gospel Choir.

Debbie 2.jpg

Sarah Bonnici hija kantanta u awtriċi Maltija li kisbet attenzjoni internazzjonali wara l-parteċipazzjoni tagħha fil-Eurovision bil-kanzunetta ‘Loop’ fl-2024. Imħarrġa fil-kant, fiż-żfin u fil-pjanu, sa minn età żgħira hija esegwiet f’diversi pajjiżi madwar l-Ewropa u l-Lvant Nofsani, fosthom l-Italja, Spanja, il-Ġermanja, Dubai u r-Renju Unit, fost oħrajn. Wara s-suċċess tagħha fil-Eurovision, Sarah ħarġet diversi singles li laħqu l-quċċata tal-klassifiki.

Hija esegwiet ukoll darbtejn fl-Isle of MTV, fejn fetħet  is-serata għall-artisti internazzjonali ewlenin RAYE u Nelly Furtado.

Sarah kienet Coach fuq The Voice Kids Malta u kienet waħda mill-awturi tal-kanzunetta li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision tal-2025, ‘Bella’. Riċentement ħarġet l-ewwel album viżiv tagħha, ‘something i had to lose’, li jinkludi sitt kanzunetti oriġinali li jgħaddu minn waħda għall-oħra permezz ta’ interludji mużikali, skript u elementi viżivi, u flimkien jiffurmaw film qasir irrakkuntat permezz tal-mużika oriġinali tagħha.

Sarah 1.jpg

J Anvil, imwieled Ian James Vella fl-4 ta’ Awwissu 1975 f’Ħ’Attard, huwakantant, żeffien u preżentatur televiżiv Malti. Hu beda l-karriera tiegħu bħala żeffien fl-età ta’ 11-il sena, fejn spikka fil-jazz modern, żfin Latin u ballroom, urebaħ il-kampjonat nazzjonali taż-żfin għal ħames snin konsekuttivi flimkienmal-partner tiegħu u iktar tard martu, Nadine.

Ispirat waqt ix-xogħol tiegħu bħala żeffien u koreografu fil-Malta Song forEurope fl-2004, huwa beda taħriġ vokali u sar figura magħrufa fix-xenamużikali Maltija. Ikkompeta diversi drabi fil-Malta Eurovision Song Contest bejn l-2005 u l-2012, u kiseb l-aqwa riżultat fl-2005 bil-kanzunetta ‘You’, li għadha fost l-aktar popolari tiegħu.

Barra l-mużika, J Anvil afferma ruħu bħala preżentatur tat-televiżjoni, u
mexxa programmi bħal Bailando, Happy Days u Lux Design. Huwa għadu
jkanta, jippreżenta u jipproduċi programmi ta’ divertiment f’Malta.


Fl-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika, festival nazzjonali lokali, Ian spiċċa
fis-semifinali flimkien ma’ bintu Jade bil-kanzunetta ‘Binti’.

J Anvil.jpg
2 MARICA-CASSAR.jpg.jpeg

MARICA CASSAR bdiet it-taħriġ tagħha fl-arti drammatika fl-Akkademja tat-Teatru Manoel ta' 13-il sena. Minn età żgħira ħadmet fit-teatru, televiżjoni u produzzjoni viżiva, kemm bħala attriċi kif ukoll bħala produttriċi. ejn l-1999 u l-2009 kienet Direttur tal-Image 2000, kumpanija li pproduċiet għadd kbir ta' programmi viżivi u produzzjonijiet ta' drama għat-televiżjoni Maltija, fosthom Fenomeni u Santa Monika, li aktar tard inħadem ukoll bħala film għaċ-ċinema. Ħadmet ukoll f'diversi produzzjonijiet teatrali b'partijiet prinċipali. Mill-2014 hija l-PR u l-Fundraising Manager ta' Caritas Malta.

dsc6304-2_orig.jpg

Il-kor VOCA illum huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa ensembles korali f’Malta. Ġie ffurmat fl-2010 minn grupp ta’ kantanti li qabel kienu membri tal-kor Enkor u membri veterani tal-kor Voices. Matul is-snin, kantanti solisti u koristi ġodda komplew jingħaqdu mal-kor VOCA li dejjem qed jikber, u li llum jikkonsisti minn aktar minn 30 vuċi, organizzati f’armonija ta’ erba’ partijiet (SATB).

Choral Director, Ms. Nathalie Camilleri..png

Il-kor jinsab taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Ms. Nathalie Camilleri, pianista b’esperjenza u għalliema tal-mużika għal aktar minn tletin (30) sena, li ggradwat fil-pjanu mit-Trinity College of Music u mir-Royal School of Music. Hija tkun akkumpanjata minn Ms. Lara Bonnici fid-direzzjoni mużikali tal-kor, li għandha l-Associateship (ATCL) u l-Licentiateship (LTCL) fit-Teatru Mużikali u grad 6 fil-pjanu u t-teorija mużikali.

VOCA jinterpreta stili u ġeneri differenti fosthom spiritwali, gospel, pop u folk, dejjem bil-għan li jinvolvi u jiddeverti. Kull sena l-kor iħejji xogħol ġdid, li spiss jinkludi armoniji oriġinali u xi drabi wkoll biċċiet oriġinali miktuba minn xi membri tal-kor li għandhom sfond fit-teorija u l-kompożizzjoni mużikali. Il-kor iwettaq mhux biss bl-Ingliż u bil-Malti iżda wkoll f’numru ta’ lingwi oħra fosthom l-ItaIjan, l-Ispanjol u anki l-Iżwahili. Il-kor ukoll jimmira li jorganizza kunċert kull sentejn, li permezz tiegħu jinġabru fondi għal organizzazzjonijiet karitattivi oħra, bl-aħħar kunċert – VOCA: The Journey – li sar fl-2019 b’risq Puttinu Cares.​

Ms. Nathalie Camilleri, Choral Director

B’mod iktar speċifiku, il-membri ta’ VOCA matul is-snin li għaddew ikkonċertaw fl-Olanda u fl-Irlanda, bl-aktar esebizzjonijiet reċenti barra minn Malta jsiru fi Brussell, fejn il-kor kien mistieden mill-prestiġjuż Interkultur biex ikun parti mill-festival 

“On Stage in Brussels” u f’Ruma f’Ġunju tal-2023 fejn kanta waqt il-Festival Internazzjonali tal-Korijiet. Il-kor VOCA ħa sehem ukoll fil-Festival Internazzjonali tal-Korijiet ta’ Malta, fejn wettaq fil-lejla finali fil-Mediterranean Conference Centre.

Assistant Choral Director, Ms. Lara Bonnici..png

 Ms. Lara Bonnici,  Assistant Choral Director

Wara sentejn kwieti minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-kor VOCA kellu sena partikolarment ta’ suċċess fl-2022 bil-kollaborazzjoni tiegħu għall-ewwel darba mal-kantant prinċipali ta’ Wintermoods u artist affermat, Ivan Grech. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, il-kor irnexxielu jagħti żewġ (2) esebizzjonijiet ewlenin – waħda fit-Teatru Manoel f’Ġunju tal-2022 u oħra waqt l-edizzjoni tal-2022 tan-Notte Bianca, fejn il-kor kellu l-unur li jkantaw fil-maestuż Pjazza Teatru Rjal flimkien ma’ Ivan u l-band tiegħu għal darb’oħra. Barra minn hekk, matul il-perjodu tal-Milied tal-2022, il-kor ikkollabora mal-artist Malti magħruf, is-Sur Trevor Zahra, li kiteb lirika oriġinali bil-Malti għal xi wħud mill-aktar melodiji magħrufa tal-istaġun festivi. Il-kor esegwixxa dawn il-kanzunetti f’numru ta’ okkażjonijiet speċjali, inkluż live fuq it-televiżjoni nazzjonali fl-okkażjoni tal-awguri annwali tal-Milied imwassla mill-mexxejja tal-Istat kif ukoll f’kunċert kbir li sar fil-29 ta’ Diċembru fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun. Wieħed mill-aqwa mumenti matul l-2023 għall-kor kien il-prestazzjoni tiegħu waqt in-Notte Bianca, li saret is-Sibt, 7 ta’ Ottubru 2023, fejn il-kor ippreżenta medley ta’ kanzunetti mid-dinja maġika ta’ Disney b’armoniji oriġinali miktuba mid-direttur tal-kor stess.

Dan il-medley kien suċċess kbir mal-udjenzi u ta spinta sinifikanti lill-popolarità tiegħu fost il-pubbliku Malti. Nhar is-Sibt, 5 ta’ Ottubru 2024,

VOCA reġa’ kien involut f’prestazzjoni waqt in-Notte Bianca, din id-darba fuq il-palk fi Pjazza San Ġorġ. Il-prestazzjoni, bl-isem “Kantaw Magħna” (Sing with Us), inkludiet l-akbar karaoke f’Malta, fejn l-udjenza kantat numri mużikali magħrufa flimkien mal-kor.Fl-2025, il-kor kompla jissaħħaħ dejjem iżjed, b’mumenti ewlenin fosthom il-prestazzjoni fil-Katidral sabiħ ta’ San Pawl l-Imdina f’Marzu 2025 kif ukoll interpretazzjoni unika f’forma ta’ flash-mob tal-kanzunetta famuża ta’ Queen, “Bohemian Rhapsody”, waqt avveniment speċjali li sar fil-Mediterranean Conference Centre għal kumpanija multinazzjonali bbażata fl-Olanda.

Il-kor Future Voices, wieħed mill-aktar korijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ vibranti f’Malta, huwa ddedikat għat-taħriġ ta’ żgħażagħ fil-vuċi u fil-prestazzjoni. Ġie mwaqqaf aktar minn għaxar snin ilu mis-Sinjura Iona Dalli, edukatriċi b’esperjenza u b’passjoni għall-iżvilupp tat-tfal, il-pedagoġija tal-mużika u l-produzzjoni mużikali, bil-għan li jinħoloq spazju akkoljenti fejn it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiżviluppaw it-talenti artistiċi tagħhom.

Matul is-snin, koristi ġodda komplew jingħaqdu mal-ensemble, u b’hekk il-kor kompla jespandi l-firxa tiegħu bħala inizjattiva komunitarja rikonoxxuta u rreġistrata mad-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni.

Il-kor huwa taħt id-direzzjoni mużikali tas-Sinjura Iona Dalli, li waqt ir-rehearsals tintegra t-taħriġ għas-saħħa vokali, il-moviment u l-ħidma f’tim. Magħha tmexxi l-ensemble is-Sinjura Marija Bellia, kantanta stabbilita fix-xena mużikali lokali. Flimkien, huma jiggwidaw lill-membri fl-iżvilupp tat-teknika vokali, il-preżenza fuq il-palk, il-kontroll tal-mikrofonu u l-armoniji f’diversi partijiet.

Future Voices jippreżenta firxa wiesgħa ta’ stili u ġeneri mużikali, fosthom arranġamenti ta’ pop modern, kanzunetti magħrufa mill-musical theatre, repertorju festiv tal-Milied u mużika tradizzjonali Maltija. Il-kor jieħu sehem f’diversi proġetti, minn festivals komunitarji u programmi televiżivi madwar Malta, sa avvenimenti internazzjonali.

Il-Future Voices Choir kien ukoll parti mill-kunċert “Jiddu l-Kwiekeb”, li ġie ppreżentat f’Dar il-Mediterran f’Diċembru tal-2025.  Matul is-snin, l-ensemble ħa wkoll lill-artisti żgħażagħ tiegħu barra minn Malta biex jippreżentaw fi spazji u fuq palkijiet fit-Tuneżija, fi Sqallija u f’Londra. Waħda mill-aktar esperjenzi importanti kienet il-prestazzjoni tagħhom f’Disneyland Paris fl-2024.

Permezz ta’ dawn l-opportunitajiet, Future Voices ikompli jiggwida lill-kantanti żgħażagħ fl-iżvilupp tal-kunfidenza tagħhom, fl-espressjoni tal-passjoni tagħhom għall-mużika u biex jesperjenzaw l-eċċitament tal-prestazzjoni fuq palk internazzjonali.

image.png

Ms. Iona Dalli,

Choral Director

 Ms. Marija Bellia,

Assistant Choral Director

bottom of page