

00356 99476468

Minn wara l-kwinti...



L-interess ta’ Julianne Micallef fit-teatru beda kmieni, u l-passjoni tagħha għall-ħidma wara t-teatru qiegħda tikber sena wara sena.
Permezz ta’ esperjenza prattika fil-produzzjoni, ħolqot u wriet il-ħiliet tagħha f’dawk tal-props u l-immaniġġjar tal-palk, b’gost kbir
fil-proċess ta’ kif jisir l-ispettaklu fuq il-palk. Wara li għamlet il-pass minn stagehand għal tmexxija tal-operazzjonijiet tal-wing, qed tistenna
bil-ħerqa li tieħu fuqha responsabbiltà akbar flimkien mat-tim tal-immaniġġjar tal-palk fil-panto ta’ din is-sena
🎭
Minn eta zgħira dejjem kelli mħabba kbira għat-teatru u għall-arti taċ-ċinema.
Bdejt naħdem bħala attriċi u ngħin fix-xogħol ta’ wara l-kwinti fi produzzjonijiet teatrali tal-iskola. Aktar tard żviluppajt ukoll imħabba għall-kitba tal-iskripts u għad-direzzjoni, tant li ktibt l-iskript tiegħi stess u dderiġejtu bħala proġett finali għad-Diploma Avvanzata fil-Performing Arts.
Illum il-ġurnata, naħdem ma’ studenti f’films qosra, kemm bħala attriċi kif ukoll bħala extra.
Melanie Calleja Tonna ma tarahiex fuq il-palk, imma wara l-kwinti żgur li ssibha! 😄 L-involviment tagħha fil-panto jibda minn kmieni, meta jibda l-ġenn tal-kejl, kostumi, appuntamenti u skedi. Hi tieħu ħsieb torganizza l-laqgħat mal-cast għall-kejl, tiskeda l-appuntamenti tal-kostumi u, l-aktar importanti, tipprova żżomm lill-cast u l-crew kollha aġġornati… biċċa xogħol li kultant teħtieġ aktar maġija mill-panto nnifsu! Bejn messaġġ, reminder u “please check the group”, Melanie tieħu gost tkun parti minn din il-familja. Għax wara kull panto hemm ħafna xogħol, ħafna nies… u ħafna, ħafna WhatsApps!
Lura għal paġna 2

Page 3

Maya Mifsud hija artista emerġenti Maltija li reċentement lestiet l-istudji tagħha fl-Arti Performattiva fl-MCAST. Matul il-perkors tagħha, kellha l-opportunità tagħmel diversi placements u internships f’oqsma differenti fi ħdan id-dinja tal-arti performattiva, u b’hekk kisbet esperjenza f’diversi aspetti tal-qasam.
Il-vjaġġ artistiku ta’ Maya beda minn età żgħira ħafna, meta kellha biss tliet snin, permezz tal-ballet. Aktar tard, espandiet l-interessi tagħha għad-drama, fejn kellha wkoll l-opportunità tidher fi programm televiżiv lokali u tikseb il-kwalifika tagħha permezz tal-eżami ta’ Trinity.
Għal dawn l-aħħar sentejn, Maya kienet membru attiva ta’ Opening Doors, esperjenza li kompliet issaħħaħ il-passjoni tagħha għall-arti u, b’mod partikolari, għall-konnessjoni bejn ir-reċtar u komunitajiet differenti. Permezz ta’ din l-esperjenza, kompliet tesplora kif l-arti performattiva tista’ toħloq spazji ta’ konnessjoni, espressjoni u inklużjoni.
