top of page

Kumpanija Teatru Rjal...32 sena

Il-Pass li jmiss

Kumpanija Teatru Rjal...32 sena

Il-Pass li jmiss

FEATURE - KUMPANIJA TEATRU RJAL 

MILL-ISTITUT KATTOLIKU GĦAL

DAR IL-MEDITERRAN  -  Il-Pass li jmiss.

​

 

32 sena ilu, fis-sena 1992, Pawlu Testa, flimkien ma’ sieħbu Tony Scott, kellu ħolma li xtaq iwettaq. Bl-imħabba li minn dejjem ħass Ä¡ewwa fih għat-teatru, xtaq li jwaqqaf kumpanija teatrali li tattira lejha mhux biss l-aħjar atturi fil-pajjiż imma wkoll udjenzi kbar lejn il produzzjonijiet li ttella’ fit-teatru L-isem tal-kumpanija kien ispirat mit-teatru ikoniku Malti mibni bħala opera house fil-Belt Valletta fl-1866. Il-kumpanija Teatru Rjal bdiet bil-kbir hekk kif l-ewwel produzzjoni tagħha kienet il-musical Pawlu 2000 f’Ä unju tal-1992. Produzzjoni spettakolari li ħafna għadhom isemmu sal-lum. Kien il-bidu ta’ vjaġġ li dam għaddej 32 sena sħaħ, vjaġġ teatrali li matulu kienu preżentati lill-udjenza Maltija kummiedji, drammi serji, musicals u kunÄ‹erti mużikali bis-sehem tal-aqwa talent lokali. Ma kienx kollox faÄ‹li. Kien hemm ukoll id-diżappunti u l-qtigħ il-qalb, partikolarment fis-snin iebsa reÄ‹enti meta t-teatru kellu jbaxxi rasu u jagħlaq il-bibien tiegħu quddiem it-theddida tal-pandemija Covid-19, pandemija li qaflitna Ä¡ewwa għal sentejn sħaħ. Imma l-kumpanija Teatru Rjal baqgħet hemm. Hekk kif tneħħew ir-restrizzjonijiet tal-pandemija fis-sena 2022 fil-pront reÄ¡għet tfaċċat b’aktar rappreżentazzjonijiet teatrali li paxxew lill-udjenzi f”sena ta’ tifkira ta’ żewg anniversarji, l-20 sena mill Pantomima tal-Milied u t-30 sena mit-twaqqif tal-kumpanija. Imma l-akbar sodisfazzjon għal din il-kumpanija kienet id-deÄ‹iżjoni li ttieħdet 22 sena ilu li tieħu f’idejha l-pantomima bil-Malti għal żmien il-Milied. Inizjattiva li kibret minn sena għall-oħra bir-rappreżentazzjonijiet jiżdiedu ma’ kull sena li għaddiet minħabba d-domanda dejjem tikber tal-udjenza Maltija li għall-ewwel darba setgħet tassisti għal pantomima tal-Milied bil-Malti ta’ livell għoli. Sal-lum, bil-pawsa qasira biss tal-pandemija, il-pantomima tal-kumpanija Teatru Rjal baqgħet iżżomm l-appuntament annwali fit-teatru tal-Istitut Kattoliku u minn sena għall-oħra l-kumpanija rat li żżid dejjem aktar l-ispettaklu fejn jidħol reÄ‹tar, viżwal, kostumi, korjografija, kant u żfin imwassla minn kantanti u kumpaniji professjonali. Wara 22 sena ta’ suċċessi mill-ewwel rappreżentazzjoni tal-Pantomima tal-Milied bil-Malti fl-Istitut Kattoliku f'DiÄ‹embru tas-sena 2000, il-kumpanija Teatru Rjal ħasset li kellha tagħmel il-pass li jmiss...li għall-ewwel darba l-Pantomima se toħroÄ¡ mit teatru tal-Istitut Kattoliku u se tkun qed issir fit-teatru prestiÄ¡już ta’ Dar il-Mediterran, fil-Belt Valletta, li ukoll, dan it-Teatru maestuz se jkun qed jospita fih għall-ewwel darba spettaklu teatrali fil-Ä¡eneru tal-Pantomima tal-Milied. F’dan it-teatru, li matul is-snin ospita fih mhux biss l-aqwa talent u l-aqwa produzzjonijiet lokali, imma anki kunÄ‹erti u rappreżentazzjonijiet oħra minn kantanti u kumpaniji kbar internazzjonali, se jkunu qed jittellgħu diversi rappreżentazzjonijiet tal-Pantomima bil-Malti Sleeping Beauty...il-Ħamis 26 ta’ DiÄ‹embru fis-2.30pm u 7.30pm, il-Gimgħa 27 fis-7.30pm, il-Hadd 29 fl-4.00pm, it-Tnejn 30 fis-7.30pm u għal-ewwel darba fl-aħħar tas-sena, t-Tlieta 31 ta’ DiÄ‹embru 2024 fis-7.00pm, bil-parti prinÄ‹ipali, dik tad-dama, għas-seba sena tkun f’idejn l-attur bravu Rodney Gauci, isem li llum stabbilixxa ruħu ferm mal-udjenza tat-teatru, partikolarment dawk tal pantomima tal-kumpanija Teatru Rjal. Flimkien ma Rodney, jiehdu sehem ukoll numru kbir ta’ kantanti u atturi magħrufa, żeffiena u muzicisti, direttur tal-produzzjoni kif ukoll numru kbir ta’ persuni ohra li għalkemm ma jidħrux –mingħajrom ma jsir xejn. Il-kumpanija qed tħabbar ukoll li wara r-rappreżentazzjoni speÄ‹jali ta’ lejlet l-

Ewwel tas-Sena se tkun segwita minn riÄ‹eviment fis-sala La Vallette ta’ Dar il Mediterran għal min jixtieq jibda s-sena l-Ä¡dida magħna f’atmosfera Ä‹elebrattiva. Imma dan mhux kollox, għaliex il-kumpanija Teatru Rjal għandha għal din is-sena novità oħra. L-istess pantomima, bl-istess xenarji, l-istess atturi u l-istess kostumi, se tkun qed tittella’ wkoll f’dati differenti fit-teatru rinnovat tal-Oratorju Don Bosco fir Rabat Għawdex f’żewÄ¡ rappreżentazzjonijiet is-Sibt 4 ta’Jannar 2025 fis-7.30pm u l Ħadd 5 ta’ Jannar 2025 fil-5.30pm. Il-booking għal dawn ir-rappreżentazzjonijiet kollha huwa miftuħ mill-website ktrmalta.com jew permezz tat-telefon 99476468 jew 99994987.

​

                                  Tħallux għall-aħħar… Sleeping Beauty - anke jekk forsi taħsbu li tkun rieqda, xorta se tkun qed tistenniekom. It-Tlieta 27 t’Awissu 2024.

​

Grazzi – Pawlu Testa

bottom of page