top of page
HOLQIEN BACK GROUND.jpg
HOLQIEN BACK GROUND 1.jpg
Paul Testa.jpg

34 sena, fijom hux!  taru pero

grazzi għal-hallieq għadni

għaddej. Daqshekk ilha iffurmata

il-Kumpanija Teatru Rjal bla waqfien hlief is-sentejn tal-

Covid għax konna kostretti li

nieqfu mill-awtoratijiet.

 

Kienet xewqa kbira tieghi li il-Pantomima bil-Malti issib posta

fix-xena ta' l-ispettaklu fejn jixirqilha u f''Diċembru tal-2001 saret l-ewwel edizzjoni SINDIRELLA u min hemm ma harisnix lura u dis-sena wasalna għal-24  edizzjoni.

​

Bla dubju ta'  xejn imxejna maz-zminijiet u rat bidliet kbar f''dawn is-snin fejn mertu kbir imur lil Rodney Camilleri Gauci li ta' hafna biex illum qieghda fil-post li jixirqilha.

 

​

Rodney Camilleri Gauci, ilu seba’ snin jagħti l-aqwa nterpretazzjoni tiegħu fil-pantomima, u din is-sena se jerġa’ jinterpreta l-karattru ikoniku tad-dama!​​​​​

 

Rodney huwa wiċċ magħruf fuq

il-palk u mat-telespettaturi tat-televiżjoni bħala attur komiku fejn għal-sena wara sena rajna splużjoni ta’ kreattività u umoriżmu!  Nistgħu ngħidu li Rodney huwa artist b’passjoni kbira għall-pantomima, u bħal ma jafu dawk li xi darba jew ohra messu ma din il-Pantomima. Rodney  jittrażmetti ħafna enerġija fuq il-palk fejn jdaħħqek mingħajr sforz.​

Din is-sena titlifx l-interpretazzjoni ta' Rodney u l-bqija tal-kast eċċezzjonali fil-Pantomima Maltija 2026, "Bella u l-Bestja"​

Rodney flimkien ma Gabriel Lia  huma responsabbli mill-kitba ta'  din is-sena 

Rodney Gauci.jpg
Nilqgħu lil Vikesh Godhwani, id-direttur tal-Pantomima Maltija 2026!

Vikesh huwa direttur, kittieb u produttur teatrali rebbieħ ta' diversi premjijiet, b'esperjenza kemm f'Malta kif ukoll fir-Renju Unit. Huwa wkoll il-ko-direttur u ko-kittieb tas-serje innovattiva Panto in the Dark, u matul is-snin ħadem ma' Teatru Malta, Spazju Kreattiv u diversi kumpaniji u teatri fir-Renju Unit.

Din is-sena, Vikesh se jkun qed imexxi lill-kast tagħna fid-dinja ta' Bella u l-Bestja. Ninsabu ħerqana biex naraw il-maġija, id-daħk u l-enerġija tal-panto jieħdu l-ħajja taħt id-direzzjoni tiegħu! ✨🌹Merħba mal-familja tal-Pantomima Maltija, Vikesh! 🎭
Vikesh Godhwani.jpg
Gabriel Lia.jpg
Gabriel Lia huwa kittieb żagħżugħ ta' bosta forom ta' kitba (is-satira waħda mill-favoriti!) li ġie wkoll rikonoxxut b'bosta premijiet.

Gabriel, flimkien ma Rodney Gauci huma il-protagonisti tal-Panto "Bella u l-Bestja"  billi flimkien kitbu li script.

Fl-2024 ħareġ l-ewwel pubblikazzjoni tiegħu, 'Poġġi' — ġabra ta’ poeżiji, stejjer umani u ritratti li ddokumenta matul il-pandemija, b’enfasi fuq is-solitudni. Kien rebbieħ tal-konkors Studio Francis Ebejer u, din is-sena, ittella' l-ewwel dramm tiegħu, 'Ċama Ċama' fi Spazju Kreattiv. Jilbes il-kpiepel ta' ġurnalist, xandar fuq ir-radju u anke preżentatur. Ikkontribwixxa għal diversi programmi televiżivi, kunċerti u anke produzzjonijiet teatrali ta' suċċess. Interessanti li fil-passat kien irreċeta wkoll fil-pantomima!
Minn wara l-kwinti​...
Page 1​
Merged KTR_BellaulBestja_Branding_BB - Logo - Black and more_2 (1).jpg
Merged KTR_BellaulBestja_Branding_BB - Logo - Black and more_2 (1).jpg
AQLEB IL PAGNA_edited.png
Dawwar għal paġna 2
HOLQIEN BACK GROUND 1.jpg
bottom of page