top of page
NEW POSTER IS-SLEEPING BEAUTY.jpg
     
Profili
TeatruRjal_SleepingBeauty_PRINCESS.jpg
TeatruRjal_SleepingBeauty_SM_PFP-sancho.jpg
TeatruRjal_SleepingBeauty_DAMA.jpg

Il-Pantomima Maltija tilqa’ għall-ewwel darba lil Clara Sciberras bħala l-Prinċipessa Aurora fil-pantomima ta’ din is-sena—“Is-Sleeping Beauty”

Clara mhux biss hija waħda mill-aktar talenti brillanti fuq il-palk, imma għadha kemm gradwat bħala avukat ukoll! Mela... jekk il-Prinċipessa Aurora jkollha bżonn tiftaħ xi kawża kontra min tefagħha f’raqda twila, Clara żgur taf x’għandha tagħmel!

Clara hija talent kbir fuq il-palk, u wara rwoli prestiġjużi bħal Eliza Doolittle f’My Fair Lady, Liesl f’The Sound of Music, u Hunyak f’Chicago, din is-sena se tagħti l-ħajja lil Aurora! U ejja ma ninsewx li kienet finalista f’Brillanti Musical Theatre

Allura, ippreparaw ruħkom għal pantomima mimlija daħq, spettaklu mużikali u sorpriżi. Dan huwa spettaklu li żgur ma tridux titilfu!

Rodney Gauci jew aħjar Rodney Camilleri Gauci, kif issa sirna nsejħulu peress li żied kunjom wara ż-żwieġ, ilu seba’ snin jagħti l-aqwa nterpretazzjoni tiegħu fil-pantomima, u din is-sena se jerġa’ jinterpreta l-karattru ikoniku tad-dama! U mhux xi dama komuni, din is-sena se jkun ir-Reġina Astra! (għax ħass li għandu jżomm il-bilanċ peress li l-prinċipessa jisima Aurora)
Rodney huwa wiċċ magħruf fuq il-palk u mat-telespettaturi tat-televiżjoni bħala attur komiku u huwa wkoll il-moħħ wara l-kitba tal-pantomima tagħna li sena wara sena kienet splużjoni ta’ kreattività u umoriżmu! Nistgħu ngħidu li Rodney huwa artist b’passjoni kbira għall-pantomima, u bħal ma jafu dawk li ġieli ġew, jittrażmetti ħafna enerġija fuq il-palk fejn jdaħħqek mingħajr sforz

DIn is-sena titlifx l-interpretazzjoni ta' Rodney u l-bqija tal-kast eċċezzjonali fil-Pantomima Maltija 2024, "Is-Sleeping Beauty"

Inlaqqgħukom ma' Pedro r-Re, interpretat minn George Micallef. B’iktar minn 25 sena esperjenza fit-teatru Malti , George beda l-karriera tiegħu ma’ Lemonhead Productions taħt it-tmexxijja ta’ Bryan Muscat u ħadem ma’ diversi diretturi tul is-snin. Għal dawn l-aħħar sentejn George żamm l-appuntament annwali mal-pubbliku fil-Pantomima tal-Milied bi produzzjoni tal-Kumpanija Teatru Rjal u din is-sena mhux ser tkun eċċezzjoni!!

Din is-sena titlifx l-interpretazzjoni ta' George u l-bqija tal-kast eċċezzjonali fil-Pantomima Maltija 2024, "Is-Sleeping Beauty"

Brian Farrugia jew aħjar kif inhu l-iktar magħruf l-Ispettur Leonard (Supretendent, suppost assistent Kummissarju kieku ma qabzuhx), ilu ħmistax -il sena jagħti l-aqwa nterpretazzjoni tiegħu fil-pantomima, u din is-sena se jerġa’ jinterpreta karattru avventuruż ġdid.... Sancho Panza, is-serv tar-Re! Il-Kavallier li minghajru ir-renju ma jimxiex jew almenu hekk minghalih... Brian huwa wiċċ magħruf fuq il-palk u mat-telespettaturi tat-televiżjoni bħala attur fejn iktar maghruf għal karattru popolari li kellu f'Simpatici bħala l-Ispettur Leonard. Ilu jagħmel il-pantomima mis-sena 2007 fejn interpreta iktar minn 21 karattru differenti.... il-forte tiegħu meta jkollu karattru komiku, ta' sfida u fejn jidhol żfin!
Brian bħala artist huwa ffissat fuq il-pantomima u bħal ma jafu dawk li ġieli ġew, dejjem qaxxar kull karattru li jkun fdat bih....
Din is-sena titlifx l-interpretazzjoni ta' Brian u l-bqija tal-kast eċċezzjonali fil-Pantomima Maltija 2024, "Is-Sleeping Beauty"
TeatruRjal_SleepingBeauty_SM_PFP-05-04.jpg
TeatruRjal_SleepingBeauty_SM_PFP-04.jpg
TeatruRjal_SleepingBeauty_SM_PFP-05-03.jpg
TeatruRjal_SleepingBeauty_MOOSE-02.png
TeatruRjal_SleepingBeauty_CROW-02.png
Nippreżentawlkom l-ewwel fairy, Fairy Uta, interpretata minn Rebecca Bilocca, li għandha 25 sena u gradwata b’Baċellerat fit-Teatru mill-Università ta' Malta, se tkun qed tinterpreta l-irwol tal-Fairy fil-pantomima għat-tieni darba . Il-passjoni tagħha għall-kant u t-teatru bdiet minn età żgħira u kompliet tissaħħaħ, waslitha fejn hi llum u tħeġġiġha tkompli timraħ fil-qasam artistiku  .

 
Ngħaddu għat-tieni fairy, Fairy Ihijja, interpretata minn Leah, ta' 15-il sena. Leah ilha minn eta' żgħira fid-dinja tat-teatru u l-pantomima mal-Kumpanija Teatru Rjal. Bdiet il-kant ta’ 6 snin u l-imħabba tagħha għad-drama bdiet wara li dehret fi programm televiżiv . Studenta tal-Performing Arts fl-MCAST, Leah dehret f’musicals prestiġġjużi bħal “Il-Qfil u l-Ħelsien Skont Manwel Dimech,” “Matilda” u “Oliver.” Fl-2020, kisbet it-tieni post fil-Malta Junior Eurovision  u reċentement ġiet imfaħħra fil-Cospicua Short Play Festival bħala Jaymie f’“Dawra li ma Tiqafx” 
It-tielet u l-aħħar fairy, Fairy Oċi, interpretata minn Petra. Imwielda fit-11 ta' Awwissu 1987, ġejja minn familja mużikali u bdiet tkanta fl-età ta’ 17-il sena wara li kienet ilha tistudja l-mużika u ddoqq il-pjanu . Hi kisbet suċċess f’kompetizzjonijiet prestiġġjużi, fosthom l-Għanja tal-Poplu, Malta Eurovision Song Contest, X Factor u Mużika Mużika . Petra kienet ukoll membru tal-Gospel Choir Anime u dehret diversi drabi fil-kunċert Rockestra . Fl-2023, hija għamlet id-debutt tagħha fil-pantomima bil-Malti, fejn interpretat l-irwol ta’ Ursula ,
u ħadet sehem fil-musical popolari ‘Il-Kbir għadu Ġej’.
Imiss inlaqqgħukom ma' Frank l-Skunk interpretat minn Jacob. Jacob huwa attur iddedikat fix-xogħlijiet teatrali 🎭, bil-passjoni li jagħti ħajja lil stejjer minn komunitajiet ta’ madwaru 🌍. Il-vjaġġ tiegħu beda fl-Università ta’ Malta fil-kors tal-Communications and Theatre Studies 🎓, fejn ħadem ma’ diretturi lokali u internazzjonali. Fl-2015, hu mar Pariġi biex irfinja t-teknika tiegħu fl-iskola ta’ Jacques Lecoq. Ix-xogħol tiegħu jiffoka fuq interpretazzjonijiet moderni ✨, u fost ix-xogħlijiet l-iktar notevoli tiegħu nsemmu 'L-Għarusa,' 'Il-Fidwa tal-Bdiewa,' u 'Xi Traġedja.' 🎬

 
TeatruRjal_SleepingBeauty_BEAR-02 (1).jpg
TeatruRjal_SleepingBeauty_WITCH.jpg

Għadna lil Diablo interpretat minn Lee-N. Lee-N hija theatre practitioner li taħdem fuq xogħlijiet oriġinali u kontemporanji fix-xena teatrali. Gradwat fit-Teatru Kontemporanju, f’East 15 Acting School, l-Università ta’ Essex 👩‍🎓, u studjat Performance Arts, it-Trinity College 🎭 u Theatre Directing, fil-Morley College, f'Londra 💃. Lee-N ħadmet f’diversi proġetti teatrali u workshops f’Malta, Londra, u madwar l-Ewropa 🌎. Fil-pantomima, dejjem issibha titqalleb mal-art, bit-tama li xi darba jtajruha fl-arja wkoll
Nippreżentawlkom, Maleficent , interpretata minn Mariah. Din is-sena Mariah qed tiċċelebra l-ħames sena tagħha fil-Pantomima Maltija, u għall-ewwel darba, se tidher fil-parti tal-villan fil-pantomima "Is-Sleeping Beauty"!  Minn meta kienet tfajla ċkejkna, Mariah ħabbet it-teatru u l-arti tal-ispettaklu – sena wara sena, tkompli tagħmel dak li tħobb ma’ kast eċċezzjonali .
Għandna Ġuż il-Moose, interpretat minn Matteo li għandu 15-il sena u libeda fit-teatru minn meta kellu 5 snin . B’taħriġ fil-vocal coaching u ż-żfin, kiseb diploma fid-drama mat-Trinity College . Fost l-irwoli tiegħu nsibu Bahh, il-Pantomima bil-Malti, u My Son Pinocchio Jr . Matteo deher ukoll fil-film Awstraljan Machination u f’serje televiżivi Maltin , u diġà għandu rwoli ġodda ppjanati għas-sena d-dieħla .
Imiss inlaqqgħukom ma' Bear Lino, interpretat minn Luca . Minn età żgħira, Luca beda jitħarreġ fil-kant  u matul is-snin ipparteċipa f’diversi korijiet  u avvenimenti mużikali lokali. Reċentement, wera interess qawwi lejn ix-xena tat-teatru mużikali , fejn seta’ jgħaqqad l-imħabba tiegħu lejn il-palk u l-kant. Ħerqan u mħeġġeġ, huwa jħares ’il quddiem lejn il-ħwejjeġ sbieħ li d-dinja tat-teatru għandha x’toffri fil-futur qarib. 
fRAME 4.jpg
fRAME 3.jpg
fRAME 4.jpg
fRAME 4.jpg
fRAME 3.jpg
fRAME 3.jpg
fRAME 3.jpg
fRAME 3.jpg
fRAME 3.jpg
TeatruRjal_SleepingBeauty_DONKEY-02.jpg
Imiss inlaqqgħukom ma' Żieren l-Ajkla, interpretat minn Shaun! Il-passjoni ta' Shaun għat-teatru bdiet minn età żgħira ta’ 5 snin, meta beda jitħarreġ fid-drama ma' Drama Troupe, u iktar 'il quddiem ma' TMYT u Roaring Voices 🎭. Matul iż-żmien tiegħu fl-Università, ħa sehem f’diversi produzzjonijiet ta' Students' Fest, u l-esperjenza tiegħu tinkludi rwoli ma' MADC, TMYT, u Roaring Voices. Shaun jinsab eċitat ħafna li se jkun parti minn din l-edizzjoni ta' Pentow bil-Malti 
Beppe, li għandu 12-il sena, huwa l-iżgħar membru tal-kast 🎭. Din is-sena hija t-tielet sena konsekuttiva li qed jieħu sehem fil-pantomima, fejn ser jinterpreta l-parti tas-Sur Fenek 🐰.

Beppe huwa artist Malti b’passjoni qawwija għar-reċtar, li beda fl-età ta’ 6 snin fis-serje "Il-Għarusa." Minn dakinhar, huwa ħa taħriġ f’diversi dixxiplini tal-Arti tal-Ispettaklu biex jiżviluppa l-ħiliet tiegħu. Huwa pparteċipa f’diversi produzzjonijiet barranin u lokali, kif ukoll f’riklami 📺
Hawn hu Slotthy Joe, interpretat minn Moses, ta’ 24 sena minn Bormla. Kibret fih l-imħabba għat-teatru permezz tal-esperjenza mal-Kumpanija Teatrali Antonjani Dejjem Ferrieħa . Huwa ħadem kemm bħala attur kif ukoll minn wara l-kwinti. Kif ukoll ipparteċipa f’diversi produzzjonijiet teatrali li fihom reċta, żifna, u saħansitra kkompona mużika oriġinali  għal ċerti produzzjonijiet. Moses ħerqan li jespandi l-esperjenza tiegħu fi proġetti teatrali futuri!
fRAME 4.jpg
Mose N.jpg
Beppe N.jpg
fRAME 3.jpg
fRAME 4.jpg
fRAME 4.jpg
fRAME 4.jpg
fRAME 4.jpg
fRAME 3.jpg
fRAME 3.jpg
fRAME 4.jpg
bottom of page