
Il-Holqien ta' Pawlu 2000
Kien ilu jberren f'moħħ Dominic Galea il-ħsieb li jagħmel biċċa xogħol mużikali kbira. Kien Frar ta' l-1984 meta aħna l-erbgħa...Dominic Grech, Giovann Cauchi. Paul Curmi u Rev Louis Bezzina bdejna niltaqgħu biex infasslu dil-biċċa xogħol kbira. Kien Frar, ix-xahar tan-nawfraġju ta’ San Pawl u ma stajniex insibu suġġett aħjar mill-miġja ta' l-Appostlu tal-ġnus Pawlu. Suġġett storiku daqskemm hu reliġjuż, u għalina l-Maltin hu l-egħżeż passaġġ fil-Kotba Mqaddsa. Għall-bidu, flimkien ma’ Mons. Salv Borg, illum Arċipriet tal-Parroċċa ta' San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex, bdejna niddiskutu dramm. Imma billi ridna noħolqu xi haġa differenti u fl-istess ħin li tolqot u tappella għaż-żgħażagh, iddeċidejna li ssir Rock Opera fuq il-miġja ta' San Pawl fostna u tlaqna minn hawn.
L-ewwel laqgħa dwar Pawlu 2000 seħħet fl-20 ta' Frar 1984. Bejn kafe u toast għand Dominic, bdejna nfasslu din il-ġrajja għal fuq il-palk. Ma ħadniex fit-tul! u wisq anqas il-mużika u l-kliem. Ħaġa tal-għaġeb...il-versi u l-mużika donnhom kienu neżlinmis-sema. Fi ftit ġimgħat Pawlu 2000 kienet lesta.
Il-folla aktar temmen fih u fi kliemu, aktar tafdah. Pawlu jsikkithom biex igħallimhom aktar fuq il-kobor t' Alla l-veru, iżda minn ġol-folla toħroġ mara mxajtna, li bl-ispirtu ħażin fiha, tissokta ġġarrab lil Pawlu. Iżda hu malajr irażżan l-ispirtu u jfejjaqha. Dlonk issir mara ġdida, simbolu tal-fejqan ta' Malta mill-ġerħa tal-ħakma pagana. Il-folla aktar temmen f'Pawlu u dlonk jibda jfejjaq kull xorta ta' mard.
Pawlu 2000 hi mixja mgħaġġla ta' ftit aktar minn sagħtejn li tikxef l-effetti li tħallew fuq Malta minn San Pawl sal-istat passiv tal-ġurnata ta' llum. Jista' jissejjaħ rakkont poetiku ta' ġrajja msensla, mibnija fuq kliem mirqum fl-ilsien Malti. Pawlu 2000 hi ġrajja kontinwa, fejn il-ħażen ixekkel lit-tajjeb, il-qerq jiġġieled mas-sewwa, fejn il-materja tipprova tegħleb lill-ispirtu fuq I-isfond storiku tan-nawfragju ta' missierna San Pawl.

Il-qassisin jissoktaw jheddu lil dawk mitlufa warajh u bieх jurihom il-qawwa t'Alla, Pawlu jfejjaqhom mill-mard u wara jaħfrilhom dnubiethom. Fi żmien qasir Pawlu jirbaħ spiritwalment lill-Maltin, jamministra s-sagrament tal-magħmudija u jnissilhom insara għal dejjem. Jasal żmien it-tluq tiegħu minn Malta, u Pawlu jaħtar lill-Pubbliju floku biex ikompli jirgħa I-merħla ta' nsara Maltin kontra l-forzi tal-ħażen li jissoktaw jipprovaw bla heda biex iwarrbu t-tagħlim ġdid minn fost il-ġens Malti. Jgħaddi ż-żmien u ż-żewġ żgħażagħ jistqarru l-materjaliżmu sfrenat tal-ġenerazzjoni umana tas-seklu għoxrin. Ġenerazzjoni fejn xejn m' hu xejn, u xejn m' hu dnub.
L-Arċisqof ta' żmienna jfakkarhom fit-tagħlim ta' San Pawl u jħeġġiġhom jitbiegħdu minn dil-ħajja bla skop. Il-forzi qarrieqa jerġgħu jwaqqgħu kollox għaċ-ċajt u jipprofanaw dak kollu li hu sagru. Tinħoloq pika bejn it-tajjeb u l-ħażin, bejn is-sewwa tat-tajbin u l-qerq tal-ħżiena għal ftit ma jiġux fl-idejn, iżda l-Arċisqof ifisser l-imħabba ta' Kristu u l-maħfra lill-folla, u jtennu jingħaqdu flimkien u jaħfru lil xulxin.
Tinsilet mill-folla l-Madalena midinba biex tisħaq li xejn u ħadd daqs Kristu mhu garanzija tal-ħelsien mill-frugħa materjali. II-folla tingħaqad magħha u jitkanta l-innu Pawlu 2000 fejn bih jerġa jingħaraf Alla bħala s-Sid ewlieni tal-Holqien, is-sid li ngħata lilha minn San Pawl elfejn sena qabel.
Ir-Rock Opera tiftaħ fi żmien il-ħaġar u mill-ewwel tagħti bixra ċara tad-drawwiet tan-nies ta' dawk iż-żminijiet primittivi. Dan kollu biex jinħoloq kuntrast bejn it-twemmin pagan u dak nisrani, bejn il-ħażen u s-sewwa. F' nofs dan it-twemmin primittiv, jinkalja ġifen Ruman. U meta l-Maltin ikebbsu ħuġġieġa biex l-imsejkna baħħara jisħnu madwarha, tfeġġ lifgħa minn ġol-ħatab u tinfexx iġġarrab lil Pawlu. II-Maltin stagħġbu meta intebħu li Pawlu baqa qawwi u sħiħ, u mill-ewwel jitħassbu li dan mhux bniedem normali. Wara li jgħidilhom min hu, u jibda jgħallimhom it-twemmin fi Kristu, malajr titnissel ġibda fil-Maltin għat-tagħlim tiegħu u stmerrija għal dak pagan. . Il-qassisin pagani jibdew iheddu lill-poplu bis-saħta ta' l-allat għal din l-attitudni anti-Rumana tagħhom. F' dan il-konfront, fejn anke Pubbliju il-Ħakkiem jistieden lil Pawlu biex imur miegħu għandu għax kellu lil missieru marid b'sabb id-demm u jittama li jfejqu. Iseħħ il-miraklu tal-fejqan ta' missier Pubbliju. Wara l-fejqan ta' missier Pubbliju, isem Pawlu jkun fuq fomm kulħadd.

Ferħanin b'dan ix-xogħol kollu, avvičinajna lill-Arċisqof għall-opinjoni tiegħu. Għoğbu x-xogħol, u ntrodućiena mas-Sur Mannie Spiteri, dakinhar kap tal-Media Centre.
Fl-Istitut Kattoliku, fejn kien il-Media Centre, għarbluhielna kemm mil-lat reliġjuż, storiku, poetiku u anke mil-lat teatrali. Ir-riżultat? Intgħoġbot hafna. “Din tħalluhiex biss opra għal gżiritkom għax jixraq li tiġi ppreżentata fuq skala nazzjonali”, kienu jtennulna. Fittixna u sibna producer magħruf fix-xena Maltija. Kien imiss sponsor qawwi. Kien żmien li biex tipproduċi rock opera trid l-eluf. Ħabbatna...min fetaħ... għalxejn. Min bexxaq biex... min tana x'nifhmu li se jgħinna. Donnu li finanzi għaliha ma kienx hemm. Ir-rock opera baqgħet tistenna fuq l-ixkaffa li jasal żmien aħjar. Sadanittant għamlilna kuraġġ l-Isqof t'Għawdeх, Mons. Nikol Cauchi.
Bdejna nitkellmu ma' l-Għaqda Drammatika ta' l-Oratorju Don Bosco, u wara għadd ta' laqgħat u ħafna problemi, intlaħaq ftehim biex Pawlu 2000 issir fuq il-palk ta' listess Oratorju f' Jannar ta' l-1991 Il-preparazzjoni kienet diffiċli, u t-triq li kellna quddiemna kienet twila wisq. Għażilna l-kantanti, bdew il-provi, iltqajna ma' Tony Scott, u beda r-recording. Sadanittant instabu producer u direttur, u flimkien magħna, bdew jikkordinaw ix-xogħol fuq il-palk. Aktar provi, aktar laqgħat, aktar xogħol sa tard bil-lejl, imma fl-aħħar Pawlu 2000 rat id-dawl.
B' kollox saret tnax-il darba f'Għawdex u s-suċćess miksub kien mistħoqq kemm għall-Oratorju Don Bosco li ħadmu bla heda, u aktar u aktar għalina l-ħolliema ta' dan il-proġett hekk ambizzjuż. Wara dan is-suċċess, kien imiss li ssir f'Malta wkoll. Ippruvajna u kważi wasalna, iżda l-problemi li nħolqu kienu kbar wisq u l-proġett/avventura tħassar.
Pawlu 2000 f'Malta...
l-ewwel produzzjoni għal Kumpanija Teatru Rjal
Però ftit wara, Pawlu Testa u Tony Scott, ftehmu magħna u f'isem I-Kumpanija Teatru Rjal ģie dećiż li din tinħadem fuq il-palk Malti. Aħna konvinti li bħalma nkiseb suċċess kbir f'Għawdex, hekk ukoll se jiġri f'Malta meta Pawlu 2000 tara d-dawl tal-palk Malti fid-19 ta' Ġunju fis-St. Francis Ravelin.
Domenic Grech, Giovann Cauchi, Paul Curmi, Rev. Louis Bezzina.



