
Pawlu 2000 f'Malta...
L-ewwel produzzjoni għal Kumpanija Teatru Rjal.
l-ewwel Compact Disc f' Malta
II-Hadd, 3 ta' Novembru 1991.
Jiena u Tony Scott kellna laqgħa fl-Arzella Restaurant, Marsalforn Għawdex, ma' Dominic Grech, Giovann Cauchi, Paul Curmi u Rev. Louis Bezzina fejn intlaħaq ftehim biex isiru r-rappreżentazzjonijiet f'Malta ta' "Pawlu 2000" mill-Kumpanija Teatru Rjal. Mill-ewwel bdew it-thejjijiet, billi biċća xogħol bħal din titlob ħafna xogħol. Waħda
mill-ewwel dećiżjonijiet li ttieħdu kienet li r-Rock Opera ssir fuq Compact Disc. Bdejna
billi għażilna il-kantanti li kienu se jieħdu sehem, għamilna I-arrangamenti meħtieģa
mad-Distronics f'Sussex, fl-Ingilterra (l-istudios fejn saret is-CD) u f'Dićembru bdew ir-
recordings fl-istudios ta' Tony Scott. Sadanittant bdew il-kuntatti ma' diversi persuni li
se jkollhom x'jaqsmu mar-Rock Opera sakemm nhar il-Ħamis, 5 ta' Marzu 1992,
f'konferenza ta' l-aħbarjiet li saret fid-Despott Hall, il Furjana, thabbret pubblikament
din ir-Rock Opera. Filwaqt li r-rehearsals bdew fl-ewwel ġimgħa ta' Marzu taħt id-
direzzjoni ta' Joe Quattromani, ħidma intensa kienet għaddejja fl-istudios ta' Tony Scott
bil-kantanti kollha jagħtu s-sehem tagħhom professjonalment.
L-aħħar irtokk minn Tony Scott sar bil-lejl tal-Hamis 25 ta' Marzu u fit-8.00 ta' filgħodu,
jien kont sejjer I-Ingilterra għand id-Disctronics bid digital Master tar-Rock Opera biex
dik li għall-bidu dehret ħolma, is-CD kienet se ssir realtà. Fil-bidu ta' Marzu x-xogħol ta'
koreografija fdata f'idejn Olivia Camilleri beda jżid fir-ritmu tiegħu.
t-Tnejn, 20 ta' April 1992, waslet Malta I-ewwel CD Double Album ta' Rock Opera
Maltija "Pawlu 2000"s-CD. u fis- 6 ta' Mejju, waqt konferenza ta' l-aħbarijiet li saret
f' Sa Maison Hotel fil-preżenza tal-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura I-Onor Michael
Frendo giet prezentata lil-istess Ministru kif ukoll lid-DJ's ta' diversi stazzjonijiet u
ġurnalisti ta' l-istampa lokali .
It-Tnejn, 25 ta' Mejju 1992, beda x-xogħol ta' l-armar tal-Palk f'St. Francis Ravelin, il Furjana, filwaqt li l-kampanija ta' pubbliċità ma waqfet qatt, biex wasalna għal dak li se jiġi ppreżentat lilkom illum is-19 ta' Gunju 1992.

Pawlu Testa jipprezenta ic-CD ta' Pawlu 2000 lil Ministru tal-Kultura Michael Frendo


Waqt il-pezentazzjoni tas-CD ta' Pawlu 2000 lil Onor Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami.
Waqt il-pezentazzjoni tas-CD ta' Pawlu 2000 lil-Onor President ta' 'Malta Dr Ċensu Tabone.

Waqt il-pezentazzjoni tas-CD ta' Pawlu 2000 lil Onor Kap ta' l-Oppozizzjoni Dr Alfred Sant
Il-Cover tal-Compact Disc Pawlu 2000
Cover ta' l-ewwel u tieni Att tal -Compact Disc Pawlu 2000
ISMA S-SILTIET fuq il-Compact Disc tar-Rock Opera Pawlu 2000








