

00356 99476468
L-Artisti:
Page 1

Rodney Camilleri Gauci
Rodney Camilleri Gauci, ilu għal dawn l-aħħar seba’ snin jagħti l-aqwa nterpretazzjoni tiegħu fil-pantomima, u din is-sena se jerġa’ jinterpreta l-karattru ikoniku tad-dama!
Rodney huwa wiċċ magħruf fuq il-palk u mat-telespettaturi tat-televiżjoni bħala attur komiku u huwa wkoll il-moħħ flimkien ma Gabriel Lia wara l-kitba tal-pantomima tagħna li sena wara sena kienet splużjoni ta’ kreattività u umoriżmu! Nistgħu ngħidu li Rodney huwa artist b’passjoni kbira għall-pantomima, u bħal ma jafu dawk li xi darba jew ohra messu ma din il-Pantomima. Rodney u Gabriel jittrażmettu ħafna enerġija fuq il-palk fejn tidhaq mingħajr sforz DIn is-sena titlifx l-interpretazzjoni ta' Rodney u l-bqija tal-kast eċċezzjonali fil-Pantomima Maltija 2026, "Bella u l-Bestja"

Maria Weatherill
Maria bdiet it-taħriġ tagħha fid-drama fl-età ta' tmien
snin u, ftit snin wara, bdiet ukoll il-vjaġġ tagħha
fil-kant.
Bħalissa għadha qed titħarreġ fl-arti performattiva sabiex tkompli tiżviluppa l-ħiliet tagħha.
Matul is-snin interpretat diversi rwoli importanti f'produzzjonijiet differenti, fosthom il-parti ewlenija ta' Tracy Turnblad fil-musical Hairspray fis-Soirée ta'
San Alwiġi, fejn kienet tattendi.
Din hija l-ewwel pantomima tagħha ma' din
il-kumpanija, u tinsab ħerqana li tkompli l-vjaġġ tagħha fid-dinja tat-teatru u tieħu sehem f'aktar produzzjonijiet fil-futur.

Luca Pardo
Luca ilu għal dawn l-aħħar snin involut b’mod attiv fid-dinja tat-teatru, b’mod speċjali
it-Teatru Mużikali. Fost l-aħħar produzzjonijiet li ħa sehem fihom insibu Fiddler on the Roof (Teatru Astra, 2025), Jesus Christ Superstar FM Theatre, 2025), School of Rock (Revamp MT, 2025) u Amélie (Revamp MT, 2026),li tawh l-opportunità jinterpreta karattri varjati u jgħinuh jikber bħala attur u
jsaħħu l-imħabba tiegħu għat-teatru. Barra
minn hekk, għal dawn l-aħħar snin,
Luca kien ukoll involut fil-Pantomima
Maltija. Għalih dejjem huwa ta’ pjaċir li
kun parti minn produzzjoni tant ferriħija u
mimlija enerġija fi żmien il-Milied.
