

00356 99476468
L-Artisti:
Page 2
George Micallef

B’iktar minn 25 sena esperjenza fit-teatru Malti , George beda l-karriera tiegħu ma’ Lemonhead Productions taħt it-tmexxijja ta’ Bryan Muscat u ħadem ma’ diversi diretturi tul is-snin. Għal dawn l-aħħar tlett George żamm l-appuntament annwali mal-pubbliku fil-Pantomima tal-Milied bi produzzjoni tal-Kumpanija Teatru Rjal u din is-sena mhux ser tkun eċċezzjoni!!Din is-sena titlifx l-interpretazzjoni ta' George u l-bqija tal-kast eċċezzjonali fil-Pantomima Maltija 2024, "Bella u l-Bestja"

Imwielda fit-11 ta' Awwissu 1987, ġejja minn familja mużikali u bdiet tkanta fl-età ta’ 17-il sena wara li kienet ilha tistudja l-mużika u ddoqq il-pjanu. Hi kisbet suċċess f’kompetizzjonijiet prestiġġjużi, fosthom l-Għanja tal-Poplu, Malta Eurovision Song Contest, X Factor u Mużika Mużika . Petra kienet ukoll membru tal-Gospel Choir Anime u dehret diversi drabi fil-kunċert Rockestra . Fl-2023, hija għamlet id-debutt tagħha fil-pantomima bil-Malti, fejn interpretat l-irwol ta’ Ursula u ħadet sehem fil-musical popolari ‘Il-Kbir għadu Ġej’.
Petra

LEE - N
Lee-N hija theatre practitioner li b’passjoni għall-ħolqien ta’ xogħlijiet oriġinali u kontemporanji fix-xena teatrali. Iggradwat fil-Contemporary Theatre Practice, mill-East 15 Acting School, l-Università ta’ Essex, u kompliet tispeċjalizza f’Performance Arts, it-Trinity College u Theatre Directing, il-Morley College, f'Londra. Lee-N tikkollaborha f’diversi produzzjonijiet teatrali u workshops f’Malta u madwar l-Ewropa.

Joseph Fenech
Ir-rectar minn dejjem kien jghogobni, minn meta kont zghir, jista’ jkun ghall-fatt li ommi kienet tiehu lili u lil-huti naraw plays ta’ spiss u minn hemm nibtet in-namra ghall-palk. Bdejt fuq palk ckejken gewwa l-youth centre taz-Zejtun. Kelli xi 13 il sena, konnha ntellghu kummiedji l-iktar, dak iz-zmien bis-suggeritur. Kien hemm zmien fejn waqaft ghax kont bdejt nilghab il-basketball, pero’ ta xi 23 sena ergajt bdejt nirrecta. Dak iz-zmien kont ghamilt kors qasir tad-drama mal-kumpanija Teatru Rjal u minn hemm bdejt niehu sehem bhala extra fi plays u anke musicals. Wara ftit bdejt ninghata rwoli bil-parlant. Komplejt naghmel korsijiet tad-drama fejn ghamilt kors ta’ 3 snin , u bdejt ninghata rwoli mportanti f’hafna plays. Hdimt f’hafna teatri madwar Malta u Ghawdex kif ukoll taht diversi diretturi. Hdimt hafna drabi fuq it-TV fejn hadt sehem f’diversi serje kif ukoll f’diversi short films u anke reklami, pero’ nistqarr li l-palk ma nbiddlu ma xejn.




Alexia Micallef
hija artista versatili b’fondazzjoni b’saħħitha fl-arti performattiva, kemm bħala kantanta kif ukoll bħala attriċi. Il-vjaġġ artistiku tagħha beda fl-età żgħira ta’ erba’ snin, fejn bdiet titħarreġ fil-kant, id-drama u l-Musical Theatre. Fl-2022 rebħet il-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Fil-Kexxun, fejn kisbet ukoll il-premju tal-Aqwa Interpretazzjoni. Sena qabel ingħatat il-premju tal-Aqwa Attriċi fil-Cospicua Short Play Festival. Fl-2024 ggradwat b’Baċellerat fl-Arti Performattiva, fejn żviluppat ukoll interess fid-disinn tal-ħoss. B’passjoni tul ħajjitha kollha għall-arti, Alexia tkompli tfittex opportunitajiet ġodda biex tikber, titgħallem, u tispira permezz tal-arti tagħha.
Matteo Camilleri Testa
li għandu 17-il sena, l-esperjenzi tiegħu fuq il-palk bdew minn meta kellhu 5 snin! B’taħriġ fil-kant u ż-żfin, Matteo kiseb diploma fid-drama mat-Trinity College u qed jahdem ghall- A level bhalissa. Huwa ħa sehem f'diversi produzzjonijiet bħal Bahh, My Son Pinocchio Jr, Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat ma CentreStage Malta, kien parti centrali fis-Soiree ta Junior College “Dead Serious”, u ha sehem f’kuncerti tar-rock bhal Queen u Pink Floyd. Deher ukoll fil-film Awstraljan Machination u f’serje televiżivi Maltin, u diġà għandu rwoli ġodda ppjanati ghax xhur li gejjin.
Beppe Mauro Calleja Tonna
huwa żagħżugħ b'passjoni kbira għall-musical theatre, passjoni li ħeġġitu jitħarreġ anke fil-West End ta' Londra biex ikompli jiżviluppa t-talenti tiegħu. Matul is-snin ħa sehem f'diversi produzzjonijiet teatrali, fejn spikka għad-dedikazzjoni, l-enerġija u l-imħabba tiegħu lejn il-palk. Minbarra t-teatru, għandu talent artistiku fil-pittura u d-disinn, fejn jesprimi l-kreattività tiegħu b'mod uniku. Jemmen li kull esperjenza hija opportunità biex jitgħallem u jikber, u jħares 'il quddiem biex ikompli jibni l-vjaġġ artistiku tiegħu b'impenn, umiltà u determinazzjoni.
Leah Mifsud
għandha 17-il sena u tistudja ma’ Masquerade Malta, fejn tispeċjalizza fit-teatru, fiż-żfin u fil-kant. Hija attendiet ukoll darbtejn taħriġ teatrali f’Londra ma’ West End Stage.
Ilha tieħu sehem fil-Pantomima Maltija sa mill-2018, bl-aktar rwol riċenti tagħha jkun dak ta’ Alice fil-pantomima tal-2025. Fost il-produzzjonijiet teatrali tagħha nsibu Matilda the Musical, Oliver u School of Rock flimkien ma’ diversi produzzjonijiet oħra kemm fuq il-palk kif ukoll fuq l-iskrin.
Hija kisbet ukoll esperjenza teknika bħala followspot operator fil-produzzjoni Amélie.
Minbarra l-interpretazzjoni, Leah għandha interess qawwi fid-disinn u l-kitba kreattiva. Tħobb ukoll tikteb drammi u kanzunetti.

