top of page

✨ Jiddu l-Kwiekeb – Lejla ta' spettaklu u armonija mill-Kumpanija Teatru Rjal ✨

Il-Kumpanija Teatru Rjal ser tippreżenta lejla ta' spettaklu u armonija bl-isem Jiddu l-Kwiekeb, fil-Mediterranean Conference Centre, il-Belt, nhar il-Ħadd 21 ta’ Diċembru 2025 fis-6.30pm. Parti mid-dħul imur b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Din is-serata unika hija dedikata lil dawk li jaħdmu bla waqfien biex jgħinu lil min hu fil-bżonn.

F’atmosfera ta’ festi, l-udjenza se tgawdi minn siltiet immortali bħal Oh Holy Night u When a Child is Born, kif ukoll siltiet Maltin u internazzjonali li jqanqlu l-ferħ, divertiment u Spettaklu.  Fuq il-palk ser ikunu preżenti Neville Refalo, Pamela, Petra, Ludwig Galea, Glen Vella, Ozzy Lino, J Anvil, Mark Tonna, Amber, Mariah, Sarah Micallef Muscat, u l-kor VOCA, flimkien ma’ Future Voices immexxi minn Maria Bellia u Iona Dalli. Orkestra ta’ għaxar elementi se tkun immexxija minn Conrad Briffa.

Ma tonqosx ukoll il-prezenza ta Rodney Gauci fi produzzjoni mimlija dawl, mużika u emozzjonijiet – serata li ma tistax tintilef!

Ejja niċċelebraw flimkien u fl-istess ħin ngħinu lill-Malta Community Chest Fund. 

DIn is-serata se ssir taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono

Ludwig Galea, wieħed mill-aktar kantanti popolari fil-gżejjer Maltin, artist fil-musical theatre li għandu Associate Diploma mit-Trinity College f’Londra. Apparti l-kant, huwa wkoll għalliem tad-drama fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.  Ix-xogħol tiegħu jinkludi taħriġ kontinwu ma’ studenti fl-arti teatrali, moviment, taħdit u reċtar kif ukoll proġetti teatrali intensivi li jsiru minn żmien għal żmien. Matul il-karriera artistika tiegħu, ħa sehem f’numru ta’ avvenimenti kulturali nazzjonali, kif ukoll lura fl-2004 irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision  Song Contest li sar f’Istanbul, it-Turkija.


Ludwig kien kanta f’avveniment privat organizzat f’Malta minn Sir Cameron Mackintosh kif ukoll kien supporting act fil-kunċert li r-rock band Simply Red taw f’pajjiżna. Wieħed mill-ftit kantanti Maltin li kellu x-xorti jagħti kunċerti barra minn xtutna f’diversi pajjiżi Ewropej kif ukoll fl-Awstralja u l-Amerka. Karriera li għadha għaddejja fuq diversi proġetti mużikali u teatrali.

1 SL_excelsior_26.png

Tahlitha

Neville Refalo beda l-karriera tiegħu bħala kantant 25 sena ilu taħt it-tmexxija tal-Maestro rinomat Bryan Cefai. Matul is-snin, ħa sehem f’diversi 
festivals prestiġjużi kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, b’wirjiet f’pajjiżi bħall-Italja, Spanja, Ċipru u l-Montenegro.


Huwa wkoll wiċċ magħruf fit-televiżjoni Maltija, fejn deher f’għadd ta’
programmi lokali, kemm bħala kantant residenti kif ukoll bħala attur
drammatiku. Neville jagħmel parti minn diversi bands stabbiliti fil-pajjiż u ħa sehem f’ħafna avvenimenti nazzjonali.


Bħala attur tal-palk stabbilit, Neville interpreta r-rwoli prinċipali f’ħafna 
produzzjonijiet teatrali ta’ suċċess f’Malta. Fosthom insibu Jesus Christ 
Superstar, The Phantom of the Opera, Jekyll and Hyde, Caravaggio,
The Band’s Visit, Chicago, Cabaret u Beauty and the Beast.

 

Magħruf għall-vuċi rock distintiva u firxa vokali wiesgħa u espressiva, 
Neville hu partikolarment apprezzat għall-interpretazzjonijiet tiegħu ta’ 
artisti leġġendarji bħal Queen u Pink Floyd, fost klassiċi oħra tar-rock. 
Il-vuċi unika tiegħu u l-preżenza qawwija fuq il-palk ikomplu jiġbdu l
attenzjoni tal-udjenzi kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.

image.png

Corazon

Mark Tonna beda l-karriera muzikali tiegħu meta kellu ħdax-il sena, fejn ma’ sħabu tal-iskola kienu ffurmaw kor u grupp bil-kitarri għal waqt il-quddiesa. Minn hemm Mark kien membru f’diversi gruppi tal-mużika rock, sakemm fl-1993 iddeċieda li jmur solista.


Ħa sehem f’diversi musicals bi produzzjoni lokali, kemm Maltin kif ukoll
barranin, kif ukoll kiteb mużika u lirika għal xi musicals Maltin. Fl-1996 ħareġ l-ewwel CD album tiegħu jismu ‘Before my Eyes’. Hu ħa sehem f’diversi festivals fosthom Kanzunetta għall-Ewropa, Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija, L-Għanja tal-Poplu u Festival Kanzunetta Indipendenza, festivals fejn Mark irnexxielu jikseb rizultati mill-aqwa.


It- talenti ta’ Mark marru wkoll barra mix-xtut Maltin, fejn Mark kanta
f’bosta pajjiżi, fosthom l-Italja, Dubai, it-Tuneżija, ir-Renju Unit, il-Bulgarija, it-Turkija, l-Awstrija, Spanja, il-Ġermanja, l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada.

J Anvil, imwieled Ian James Vella fl-4 ta’ Awwissu 1975 f’Ħ’Attard, huwakantant, żeffien u preżentatur televiżiv Malti. Hu beda l-karriera tiegħu bħala żeffien fl-età ta’ 11-il sena, fejn spikka fil-jazz modern, żfin Latin u ballroom, urebaħ il-kampjonat nazzjonali taż-żfin għal ħames snin konsekuttivi flimkienmal-partner tiegħu u iktar tard martu, Nadine.

Ispirat waqt ix-xogħol tiegħu bħala żeffien u koreografu fil-Malta Song forEurope fl-2004, huwa beda taħriġ vokali u sar figura magħrufa fix-xenamużikali Maltija. Ikkompeta diversi drabi fil-Malta Eurovision Song Contest bejn l-2005 u l-2012, u kiseb l-aqwa riżultat fl-2005 bil-kanzunetta ‘You’, li għadha fost l-aktar popolari tiegħu.

Barra l-mużika, J Anvil afferma ruħu bħala preżentatur tat-televiżjoni, u
mexxa programmi bħal Bailando, Happy Days u Lux Design. Huwa għadu
jkanta, jippreżenta u jipproduċi programmi ta’ divertiment f’Malta.


Fl-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika, festival nazzjonali lokali, Ian spiċċa
fis-semifinali flimkien ma’ bintu Jade bil-kanzunetta ‘Binti’.

1080x1500_Janvil.png
SQUARE SARAH BLACK CLOSE.png

Sarah Bajada

SQUARE SARAH BLACK CLOSE.png

Debbie Scerri

dsc6304-2_orig.jpg

Il-kor VOCA illum huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa ensembles korali f’Malta. Ġie ffurmat fl-2010 minn grupp ta’ kantanti li qabel kienu membri tal-kor Enkor u membri veterani tal-kor Voices. Matul is-snin, kantanti solisti u koristi ġodda komplew jingħaqdu mal-kor VOCA li dejjem qed jikber, u li llum jikkonsisti minn aktar minn 30 vuċi, organizzati f’armonija ta’ erba’ partijiet (SATB).

Choral Director, Ms. Nathalie Camilleri..png

Ms. Nathalie Camilleri, Choral Director

Il-kor jinsab taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Ms. Nathalie Camilleri, pianista b’esperjenza u għalliema tal-mużika għal aktar minn tletin (30) sena, li ggradwat fil-pjanu mit-Trinity College of Music u mir-Royal School of Music. Hija tkun akkumpanjata minn Ms. Lara Bonnici fid-direzzjoni mużikali tal-kor, li għandha l-Associateship (ATCL) u l-Licentiateship (LTCL) fit-Teatru Mużikali u grad 6 fil-pjanu u t-teorija mużikali.

VOCA jinterpreta stili u ġeneri differenti fosthom spiritwali, gospel, pop u folk, dejjem bil-għan li jinvolvi u jiddeverti. Kull sena l-kor iħejji xogħol ġdid, li spiss jinkludi armoniji oriġinali u xi drabi wkoll biċċiet oriġinali miktuba minn xi membri tal-kor li għandhom sfond fit-teorija u l-kompożizzjoni mużikali. Il-kor iwettaq mhux biss bl-Ingliż u bil-Malti iżda wkoll f’numru ta’ lingwi oħra fosthom l-ItaIjan, l-Ispanjol u anki l-Iżwahili. Il-kor ukoll jimmira li jorganizza kunċert kull sentejn, li permezz tiegħu jinġabru fondi għal organizzazzjonijiet karitattivi oħra, bl-aħħar kunċert – VOCA: The Journey – li sar fl-2019 b’risq Puttinu Cares

B’mod iktar speċifiku, il-membri ta’ VOCA matul is-snin li għaddew ikkonċertaw fl-Olanda u fl-Irlanda, bl-aktar esebizzjonijiet reċenti barra minn Malta jsiru fi Brussell, fejn il-kor kien mistieden mill-prestiġjuż Interkultur biex ikun parti mill-festival 

“On Stage in Brussels” u f’Ruma f’Ġunju tal-2023 fejn kanta waqt il-Festival Internazzjonali tal-Korijiet. Il-kor VOCA ħa sehem ukoll fil-Festival Internazzjonali tal-Korijiet ta’ Malta, fejn wettaq fil-lejla finali fil-Mediterranean Conference Centre.

Assistant Choral Director, Ms. Lara Bonnici..png

 Ms. Lara Bonnici,  Assistant Choral Director

Wara sentejn kwieti minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-kor VOCA kellu sena partikolarment ta’ suċċess fl-2022 bil-kollaborazzjoni tiegħu għall-ewwel darba mal-kantant prinċipali ta’ Wintermoods u artist affermat, Ivan Grech. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, il-kor irnexxielu jagħti żewġ (2) esebizzjonijiet ewlenin – waħda fit-Teatru Manoel f’Ġunju tal-2022 u oħra waqt l-edizzjoni tal-2022 tan-Notte Bianca, fejn il-kor kellu l-unur li jkantaw fil-maestuż Pjazza Teatru Rjal flimkien ma’ Ivan u l-band tiegħu għal darb’oħra. Barra minn hekk, matul il-perjodu tal-Milied tal-2022, il-kor ikkollabora mal-artist Malti magħruf, is-Sur Trevor Zahra, li kiteb lirika oriġinali bil-Malti għal xi wħud mill-aktar melodiji magħrufa tal-istaġun festivi. Il-kor esegwixxa dawn il-kanzunetti f’numru ta’ okkażjonijiet speċjali, inkluż live fuq it-televiżjoni nazzjonali fl-okkażjoni tal-awguri annwali tal-Milied imwassla mill-mexxejja tal-Istat kif ukoll f’kunċert kbir li sar fil-29 ta’ Diċembru fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun. Wieħed mill-aqwa mumenti matul l-2023 għall-kor kien il-prestazzjoni tiegħu waqt in-Notte Bianca, li saret is-Sibt, 7 ta’ Ottubru 2023, fejn il-kor ippreżenta medley ta’ kanzunetti mid-dinja maġika ta’ Disney b’armoniji oriġinali miktuba mid-direttur tal-kor stess.

Dan il-medley kien suċċess kbir mal-udjenzi u ta spinta sinifikanti lill-popolarità tiegħu fost il-pubbliku Malti. Nhar is-Sibt, 5 ta’ Ottubru 2024, VOCA reġa’ kien involut f’prestazzjoni waqt in-Notte Bianca, din id-darba fuq il-palk fi Pjazza San Ġorġ. Il-prestazzjoni, bl-isem “Kantaw Magħna” (Sing with Us), inkludiet l-akbar karaoke f’Malta, fejn l-udjenza kantat numri mużikali magħrufa flimkien mal-kor.

Fl-2025, il-kor kompla jissaħħaħ dejjem iżjed, b’mumenti ewlenin fosthom il-prestazzjoni fil-Katidral sabiħ ta’ San Pawl l-Imdina f’Marzu 2025 kif ukoll interpretazzjoni unika f’forma ta’ flash-mob tal-kanzunetta famuża ta’ Queen, “Bohemian Rhapsody”, waqt avveniment speċjali li sar fil-Mediterranean Conference Centre għal kumpanija multinazzjonali bbażata fl-Olanda.

Il-kor Future Voices, li twaqqaf aktar minn 10 snin ilu, huwa magħmul minn tfal u żgħażagħ imħarrġa fil-vuċi u fil-prestazzjoni. Imwaqqaf minn Iona Dalli u issa mmexxi flimkien ma’ Marija Bellia, il-kor ipparteċipa f’diversi avvenimenti kemm f’Malta kif ukoll barra, fosthom fit-Tuneżija, Sqallija, Londra, u l-aktar reċentement f’Disneyland Paris fl-2024. F’Malta, il-kor ħa sehem f’numru kbir ta’ kunċerti u attivitajiet. Future Voices jibqa’ jmexxi dawn iż-żgħażagħ fl-iżvilupp tat-talenti tagħhom u fl-espressjoni tal-passjoni tagħhom għall-mużika.

Ms. Iona Dalli,

Choral Director

 Ms. Marija Bellia,

Assistant Choral Director

20250824_090547_edited.jpg

PAUL TESTA

Producer

bRYAN_edited.jpg

BRYAN MUSCAT

Artistic Director

Nevil.png

NEVILLE REFALO

Vocal Coordinator

CONRAD_edited.jpg

CONRAD BRIFFA

Musical Director

Rodney 2_edited.jpg

RODNEY GAUCI

Technical Director

natan_edited.jpg

NATAN BONNICI

Lights Engineer

richard_edited.jpg

  RICHARD GRECH

Sound Engineer

Clayton.jpeg

    CLAYTON MIFSUD

Dance Choreography

bottom of page