00356 99476468

Niltaqgħu ma’ Bella, Blogger żagħżugħa u indipendenti li tidħol fil-foresta tfittex lil missierha Maurice, li jkun għeb. Hi tispiċċa fil-kastell tal-Bestja, il-post fejn jiġi ffilmjat l-akbar reality show tar-renju, RoseTV+. Hekk kif Bella tibda tersaq eqreb lejn il-Bestja u l-oġġetti maġiċi, tibda tirrealizza li n-nies tal-villaġġ forsi mhux qed jaraw l-istorja kollha. Sadanittant, il-Bestja jkun f’tellieqa kontra l-ħin: irid isib
l-imħabba vera qabel ma jaqgħu l-aħħar petali tal-warda maġika. Bella tibda tisfida kulma tisma’, jibdew jitilgħu fil-wiċċ veritajiet moħbija, u jinkixfu sigrieti li jkunu ilhom midfuna għal żmien twil, inkluż relazzjonijiet tal-imgħoddi!
L-Istorja...
L-24 Anniversarju tal-Pantomima
bil-Malti mill-
Kumpanija Teatru Rjal
Il-Kumpanija Teatru Rjal ħabbret id-dettalji tal-Pantomima tal-Milied bil-Malti li għat-tielet sena konsekuttiva se tittella’ fit-teatru prestiġjuż ta’ Dar il-Mediterran, il-Belt, bl-isem ‘Bella u l-Bestja’.
Id-direttur tal-Kumpanija Teatru Rjal Pawlu Testa qal hekk: “B’sodisfazzjon ngħid li l-Pantomima bil-Malti matul is-snin rajtha tikber u ta’ kull sena mhux biss nimxu fuq il-passi tas-sena ta’ qabel imma naraw kif se nkunu aktar ambizzjużi u innovattivi fl-edizzjoni li jkun imiss. Dan waqt li nibqgħu nirrispettaw it-tradizzjonijiet antiki li ġġorr magħha l-pantomima, jiġifieri li tibqa’ spettaklu adattat għall-membri kollha tal-familja, kbar u żgħar, bi skript li jirrifletti dak li jkun għaddej f’pajjiżna u fid-dinja f’dak il-perjodu. Dan permezz ta’ satira li ġġib tbissima waqt li ma tweġġa’ l ħadd.”
Wara li s-sena l-oħra ħadmu flimkien, Gabriel Lia u Rodney Gauci reġgħu ngħaqdu biex jiktbu l-Pantomima Maltija ta’ din is-sena! Żewġ imħuħ kreattivi, ħafna ideat, aktar u aktar daħk... u din id-darba se jkunu qed ilaqqgħuna ma’ Bella u l-Bestja.
L-organizzaturi qegħdin jiggarantixxu li dawk li se jibbukkjaw post għal waħda mill-produzzjonijiet skedati se jkunu qed jassistu għal produzzjoni ta’ livell għoli f’dak li hu skript, dwal, sound, kostumi, xenografija, kant, żfin u korjografija professjonali bl-aqwa elementi tal-mument fil-qasam tal-ispettaklu lokali.
Il-booking diġà jinsab miftuħ minn fuq ktrmalta.com jew permezz tan-numru 99476468.
Kemm Bella u l-Bestja se jkunu qed jistennewkom. Tħallux għall-aħħar.

L-Klikkja Hawn
Klikkja Hawn
Klikkja Hawn
Klikkja Hawn