

00356 99476468
Lura għal paġna 1
L-Artisti:
Page 3

Brenda Jane Farrugia
Brenda Jane ġejja mill-qasam tal-kant. Hija studjat il-vuċi klassika fil-Malta School of Music, taħt it-tutelaġġ ta’ Dr. Andriana Yordanova. Brenda Jane kantat mal-Kor Notre Dame fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar għal tnax-il sena, u llum tinsab parti mill-kor ta’ Rockwired. Hija għandha wkoll esperjenza bħala extra f’music videos tal-gruppi Red Electric u The Travellers, u mudella f’riklami ta’ kumpaniji Maltin. B’din il-pantomima, Brenda Jane se tkun qed tinterpreta l-ewwel irwol tagħha bħala attriċi fuq il-palk.
Annika Cachia
Minn età żgħira, Annika skopriet il-passjoni tagħha għat-teatru permezz tal-esperjenzi tagħha fiż-żfin u l-involviment tagħha f’diversi produzzjonijiet skolastiċi.Studjat it-teatru u l-performing arts f'livell intermedju fis-sixth form, u wara saret parti mit-Teatru Manoel Youth Theatre, fejn ħadet diversi rwoli kemm fuq il-palk kif ukoll wara l- kwienti, u hekk tgħallmet ħafna dwar id-dinja tat-teatru. Fost l-esperjenzi tagħha hemm is-SAC Soiree, fejn ħadet l-istess rwol li se tagħmel f'dan il-panto, Bimbette f'Beauty and the Beast, kif ukoll ħadet sehem fl-ensemble f'Mumenti u f'Toy Storey (Students Fest 2024), u bħala pit singer f'Alice in Bormla (Students Fest 2023).
Angelica Farrugia
Imwielda f'Ħad-Dingli fl-2002, Angelica bdiet il-karriera tagħha fit-teatru meta kellha madwar sentejn. Għal madwar 11-il sena, hija studjat f'diversi skejjel tal-arti performattiva f'Malta fosthom Stagecoach Theatre Arts School u Freespirit Acting. Fil-karriera tagħha, ħadmet ir-rwol ta' Amy Falzon f'Noli u Iż-Żmien Bejnietna, it-tnejn serje lokali fuq it-televixin. Minn dejjem kienet tħobbu l-palk, saħansitra għamlet żmien taħdem wara l-kwinti. Kienet ukoll xandara tal-aħbarijiet fuq TVM għal madwar sentejn. Angelica tħobb ħafna x-xogħol tad-direttur Tim Burton, u fil-ħin liberu tagħha tħobb tisma' d-diski jew tara xi film relatat mal-halloween. Hija ħerqana ħafna biex tferraħ l-udjenzi f'din l-ewwel pantomima tagħha.
Lura għal paġna 2

Kimberly Ancilleri
hija għalliema tal-primarja b’imħabba kbira għat-teatru u d-drama.
Minbarra l-karriera tagħha fl-edukazzjoni, hija kienet involuta f’diversi produzzjonijiet televiżivi Maltin fosthom Chalet,
Żmien Bejnietna, Ulied il-Lejl u Caqqufa,
kif ukoll f’diversi proġetti artistiċi oħra. Fuq il-palk, Kimberly ħadet sehem f’numru ta’ pantomimi,
Bahar Wieħed u produzzjonijiet teatrali oħra, fejn setgħet
tesprimi l-kreattività u l-passjoni tagħha għall-arti. Barra minn hekk, ippreżentat żewġ programmi televiżivi għat-tfal. Kemm fil-klassi kif ukoll fuq il-palk,
Kimberly tħaddan kull opportunità biex tispira, teduka u twassal
stejjer li jħallu impatt pożittiv

Shawn Ciantar
ilu fi settur ta drama daw l-ahhar disa snin u ħa sehem f'diversi produzzjonijiet teatrali u sensiliet televiżivi. Fost il-produzzjonijiet teatrali li deher
fihom hemm Bank il-Għazz, Faust, Kronaka tal-Palk, Dawk it-Tlieta ta' Fuq il-Bank, Min Imissu Live Show, u
Natal Feliċe u Ġnien il-Mistrieħ, fost oħrajn. Deher ukoll f’sensiliet
televizivi bhal Division 7, Jackpot 4, Min Imissu, Elf Metodu, Noli, Il-President, Sigrieti, Alla Magħna, u Kliem Moħbi. Jgħix bil-motto, "Nieħdu gost biex nagħtu gost," u ghalih ma hemm xejn isbah mi tejatru. Din hija l-ewwel
darba li Shawn qed jieħu sehem f'pantomima, kif ukoll l-ewwel darba li se jitla' fuq il-palk tal -Mediterranean Conference Centre (MCC), u għalhekk jinsab tassew eċitat li jagħmel parti minn din il-produzzjoni u jaghti esperjenza unika lil kull
min ha jigi jarana

Chloe Agius
bdiet il-vjaġġ tagħha
fid-dinja tat-teatru fl-età ta’ tliet snin,
meta bdiet tattendi l-iStagecoach, u minn dakinhar kompliet tiżviluppa l-passjoni tagħha għall-arti performattiva. Illum tifforma parti minn CentreStage Malta, u tattendi wkoll kemm il-programm tat-Teatru Manoel Youth Theatre kif ukoll il-lezzjonijiet
ta’ żfin ma’ Dope Dance Company.
Fost il-produzzjonijiet li ħadet sehem
fihom hemm ‘Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat’ u ‘My Son Pinocchio: Geppetto’s Musical Tale’. Barra minn Malta, kantat mal-kor ta’ CentreStage Malta f’Disneyland Paris, ipparteċipat f’Sanremo u attendiet workshops f’Birmingham waqt il-Junior Theatre Festival. Chloe kisbet A-Level
Trinity College fil-Performing Arts u O-Level Trinity College fil-Performance in Production. Herqana hafna għad-debutt tagħha ma’ din il-kumpanija fil-pantomima bħala Mrs Potts.


Leah Formosa
hija attriċi ta’
18-il sena li minn dejjem kellha t-teatru u l-kant għal qalbha.
Skopriet l-imħabba tagħha għal-musical theatre ta’ 11-il sena u
minn dakinhar bdiet titħarreġ
fil-kant u r-reċtar, filwaqt li kisbet diversi ċertifikati tat-
Trinity College.
Hi għandha esperjenza fuq il-palk, fejn ħadet sehem f’diversi
rwoli u issa tinsab ferħana
li hija parti minn din il-produzzjoni
u ħerqana li taqsam l-enerġija
tagħha mal-kast u mal-udjenza.
Pierre Borg
twieled fl-14 ta’
Novembru 1999. Minn età żgħira żviluppa passjoni għar-reċtar, il-kant
u ż-żfin, u studja dawn it-tliet
dixxiplini għal disa’ snin fi ħdan Stagecoach Theatre Arts School Malta. Matul dan iż-żmien ipparteċipa
f’żewġ Summer Exchanges f’Oxford,
l-Ingilterra, fejn ħa sehem fil-musicals FAME, The Addams Family, Seven Brides for Seven Brothers u West Side Story. Huwa kiseb ukoll Ċertifikat ta’ Grad 6 fit-Teatru Mużikali mat-
Trinity College London.
Matul is-snin, Pierre interpreta
diversi rwoli ma’ kumpaniji
teatrali differenti.
Din hija l-ewwel darba li qed jipparteċipa f’pantomima, u jinsab tassew onorat u entużjast li qed jagħmel dan id-debutt mal-
Kumpanija Teatru Rjal.
