top of page

Informazjoni fuq il-Booking

PREZZ SPEĊJALI GĦAT TFAL​ TAĦT IT 12 IL-SENA akkumpanjati mill-genituri jew adulti kif ukoll l-ANZJANI iħalsu kif gej:

​ISFEL STALLS:  l-ewwel 10 fillieri:  KBAR €30.00 -  TFAL €20.00 - ANZJANI €25.00.

DRESS CiIRCLE:  mill-ittra B sa P  KBAR  €45.00 Tfal €35.00  ANZJANI €40.00     

DRESS CiIRCLE:  mill-ittra Q sa U KBAR  €35.00 Tfal €25.00  ANZJANI €30..00 

GALLARIJA:  PREZZ WIEHED GHALL-KULHADD:  €25.00                                                      

 

​​​​​​

BOOKING FEE / SERVICE CHARGE.    Il-Booking Fee (BF) ta’ 7% hija miżjuda ma’kull biljett  u tinkludi l-VAT.  

*Dan il-ħlas żgħir iservi biex jipprovdilek is-servizz tal-biljett u jinkludi x-xogħol fuq is-sistema, customer care u spejjeż  ohra involuti biex jingħata dan is-servizz.  L-għan tagħna hu li nagħmlu s-sistema tal-biljetti mixtrija online waħda kemm jista’jkun faċli u bla problemi kemm għal min jixtri l-biljetti u kemm għall-organizzaturi tal-attività

*Il-ħlas tal-Booking Fee ma jkunx jista’jingħata lura taħt ebda ċirkostanza.    

*Għal aktar tagħrif jew problema tista ċċempel  99476468j jew email  info@ktrmalta.com.​​​​​​

Nistgħu minn issa niggarantixxu lil dawk kollha li jogħġobhom jattendu għal xi waħda mir-rapprezentazzjonijiet se jassistu għal pantomima li żżomm it-tradizzjoni ta’ attività teatrali adattata għall-familja kollha, se jkunu qed jassistu wkoll għal produzzjoni ta’ livell għoli f’dak li hu skript, dwal, kostumi, xenografija, kant, żfin u korjografija professjonali bl-aqwa elementi tal-mument fil-qasam tal-ispettaklu lokali. 

Fost dawn nistgħu nsemmu xi innovitajiet, bħal Marvic, segwit ħafna waqt Big Brother u issa se jsib ruħu fuq il-palk tal-pantomima.  Insemmu wkoll lil Danita, magħrufa bħala onechicandayorkiet li mill-battuti ħelwin tagħha fuq il-midja soċjali issa se tnissel tbissima aktar mill-viċin lill-pubbliku minn fuq il-palk ta’ Dar il-Mediterran. 

Bħala kantanti u atturi dis-sena nsibu għat-tmien sena konsekuttiva lil Rodney Camilleri Gauci  bħala d-Dama, Lee-N, Petra, Leah Mifsud, Mariah Mangion, Luca Pardo, Joseph Fenech, Matteo Camilleri Testa, Beppe Calleja Tonna u Moses Galea. 

Se jkollna wkoll ir-ritorn ta’ Ina Robinich u Alexia Micallef filwaqt li nilqgħu għall-ewwel darba fil-Pantomima tagħna lill-kantant u attur popolari  Ozzy Lino u lill-kantanta, attriċi u kompożitriċi Sarah Micallef Muscat

Id-direzzjoni hi f’idejn Bryan Muscat, Koreografija ta’ Kinetic Dance Studio, Arranġamenti mużikali f’idejn il-Band Leader Conrad Briffa, Kostumista u ħajjat Noel Zarb  u Ernest Camilleri bi Produzzjoni Artistika f’idejn Pawlu Testa f’isem il-kumpanija Teatru Rjal. 

Il-booking jinsab miftuħ minn fuq ktrmalta.com jew permezz tat-telefon numru 99476468. 

Nittamaw li tingħaqdu magħna biex flimkien ma’ Alice nieħdu gost flimkien f’dal-pajjiż tal-meravilji!  

IBBUKKJA ONLAJN

Rodney Camilleri Gauci

Id-Dama 

Alice_ProfilePicture_Dama.jpg

Rodney Gauci jew aħjar Rodney Camilleri Gauci, kif issa sirna nsejħulu peress li żied kunjom wara ż-żwieġ, ilu seba’ snin jagħti l-aqwa nterpretazzjoni tiegħu fil-pantomima, u din is-sena se jerġa’ jinterpreta l-karattru ikoniku tad-dama!

 

Rodney huwa wiċċ magħruf fuq il-palk u mat-telespettaturi tat-televiżjoni bħala attur komiku u huwa wkoll il-moħħ wara l-kitba tal-pantomima tagħna li sena wara sena kienet splużjoni ta’ kreattività u umoriżmu! Nistgħu ngħidu li Rodney huwa artist b’passjoni kbira għall-pantomima, u bħal ma jafu dawk li xi darba jew ohra messu ma din il-Pantomima. Rodney  jittrażmetti ħafna enerġija fuq il-palk fejn jdaħħqek mingħajr sforz DIn is-sena titlifx l-interpretazzjoni ta' Rodney u l-bqija tal-kast eċċezzjonali fil-Pantomima Maltija 2025, "Alice f'dal pajjiz tal-Meravilji"

Lee - N

Il-Kappellan

Alice_Kappellan_PFP.jpg

​Lee-N hija theatre practitioner li taħdem fuq xogħlijiet oriġinali u kontemporanji fix-xena teatrali. Gradwat fit-Teatru Kontemporanju, f’East 15 Acting School, l-Università ta’ Essex , u studjat il-Performance Arts fit-Trinity College 🎭 u Theatre Directing, fil-Morley College, f'Londra 💃. Lee-N ħadmet f’diversi proġetti teatrali u workshops f’Malta, Londra, u madwar l-Ewropa 🌎. Fil-pantomima, dejjem issibha titqalleb mal-art, bit-tama li xi darba jtajruha fl-arja wkoll

Petra

Doris id-Duda

Alice_Dorisiduda_PFP.jpg

Imwielda fit-11 ta' Awwissu 1987, ġejja minn familja mużikali u bdiet tkanta fl-età ta’ 17-il sena wara li kienet ilha tistudja l-mużika u ddoqq il-pjanu. Hi kisbet suċċess f’kompetizzjonijiet prestiġġjużi, fosthom l-Għanja tal-Poplu, Malta Eurovision Song Contest, X Factor u Mużika Mużika . Petra kienet ukoll membru tal-Gospel Choir Anime u dehret diversi drabi fil-kunċert Rockestra . Fl-2023, hija għamlet id-debutt tagħha fil-pantomima bil-Malti, fejn interpretat l-irwol ta’ Ursula u ħadet sehem fil-musical popolari ‘Il-Kbir għadu Ġej’.  

IBBUKKJA ONLAJN

Leah

Alice

Alice_ALICE_PFP.jpg

Leah ilha minn eta' żgħira fid-dinja tat-teatru u l-pantomima mal-Kumpanija Teatru Rjal. Bdiet il-kant ta’ 6 snin u l-imħabba tagħha għad-drama bdiet wara li dehret fi programm televiżiv . Studenta tal-Performing Arts fl-MCAST, Leah dehret f’musicals prestiġġjużi bħal “Il-Qfil u l-Ħelsien Skont Manwel Dimech,” “Matilda” u “Oliver.” Fl-2020, kisbet it-tieni post fil-Malta Junior Eurovision  u reċentement ġiet imfaħħra fil-Cospicua Short Play Festival bħala Jaymie f’“Dawra li ma Tiqafx”   Din hi il darba li qed tiehu sehem fil Pantomima imtella mill-KTR

Ina Robinich
Obla Di

Alice_Oblada_PFP.jpg

Ina Robinich  -  Imwielda fit-12 ta’ Marzu 1979, Ina Robinich hija kantanta u attriċi, l-iżgħar fost ħutha. Minn età żgħira wriet passjoni fil-mużika u bdiet titħarreġ fil-pjanu u fil-vuċi.

Fl-1999 kienet finalista fil-Festival Kanzunetta Żgħażagħ fejn ikklassifikat fit-2 post bil-kanzunetta 'Voice of the Moon', u sena wara reġgħet kisbet post fil-finali. Fl-2001 għamlet id-debutt tagħha fl-Għanja tal-Poplu b’Għanja Maltija, kantata ma’ Claudette Pace. Fl-2004 rebħet l-istess festival bil-kanzunetta 'Wellidni', kitba ta’ Deo Grech u mużika ta’ Dominic Cini.

Matul is-snin irrappreżentat lil Malta barra minn xtutna, fosthom fis-Slaviansky Bazaar Singers Contest tal-2005. Madankollu, baqgħet leali lejn il-kompetizzjonijiet lokali, b’parteċipazzjonijiet fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza fl-2007, 2008, 2014, 2015 u 2023.

Ina għandha wkoll esperjenza estensiva fuq il-palk teatrali, fejn ħadet sehem f’għadd ta’ produzzjonijiet mtella mill-Kumpanija Teatru Rjal u ohrajn

Ozzy Lino
Il-Pejxu

Alice_IlPejxu_PFP.jpg

Ozzy Lino huwa kantant versatili Malti li bil-vuċi dinamika u preżenza kariżmatika li għandu kiseb rikonoxximent kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż. Ozzy jibbrilla bl-istil tiegħu – minn ballati għal rock u pop. L-esebizzjonijiet tiegħu juru mhux biss il-qawwa vokali tiegħu iżda wkoll il-ħila tiegħu li jitkellem u jagħmel kuntatt mal-udjenza, kemm f’lokali intimi kif ukoll fuq skala akbar ta’ kunċerti.


Matul is-snin, Ozzy filwaqt li ħa t-talenti tiegħu ’l barra minn xtutna wkoll, baqa’ jsib post fil-qasam mużikali ta’ Malta u jsaħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu bħala artist versatili u attrattiv

IBBUKKJA ONLAJN

Sarah Micallef Muscat
 


Ir-Regina tal-Qlub

Alice_ReġinatalQlub_PFP.jpg

Sarah Micallef Muscat hi kantanta u performer bi sfond fit-teatru mużikali u fit-televiżjoni. Hi interpretat rwoli ewlenin fi produzzjonijiet bħal Matilda the Musical (Mrs Wormwood) u The Sound of Music (Sister Sophia), u daqqet ukoll mal-Orkestra tal-Welsh Musical Theatre fit-Teatru Manoel.


Sarah hija wkoll magħrufa għat-traduzzjonijiet tagħha għall-Malti ta’
kanzunetti ta’ Disney, li kisbu suċċess kbir online. Il-preżenza simpatika tagħha fuq il-palk u l-imħabba tagħha għar-rakkonti ta’ stejjer permezz tal-mużika jagħmluha leħen uniku fix-xena tal-arti teatrali f’Malta.

Marvic
Il-President tal-Każojn

Alice_Il-Preżidenttalkażojn_PFP.jpg

Marvic Camilleri. L-imħabba u l-interess għall-palk beda minn kmieni fis-snin 80 fuq il-palk tat-Teatru tal-Opra Aurora bħala parti mill-cast tat-tfal fl-opra Nabucco.

Fl-iskola tad-drama fis-snin 90, Marvic iltaqa' ma' Ġorg Mizzi u fl-aħħar tas-snin 90 bħala żagħżugħ kellu partijiet prinċipali fi Spartacus (1996), fil-parti ta’ Marius fil-musical Les Miserables (1998) u Joseph f’Joseph and the Amazing Technicolour Dreamcoat (1999). Fl-Aurora Marvic kien involut fil-produzzjoni tal-opra bħala assistent reġista fil-produzzjonijiet Tosca (1993) Aida (1998) u Carmen (1999) ta’ Novella Tabili. 


Dan hi l-ewwel pantomima li Marvic qed jieħu sehem fiha wara r-ritorn tiegħu lura fuq il-palk wara ħafna snin, u wara is-sehem tiegħu fil-programm Big Brother Malta iktar kmieni din is-sena.

Luca Pardo

Fonzu l-Fenek

Alice_Fonzulfenek_PFP.jpg

Imiss inlaqqgħukom ma' Fonzu l-Fenek, interpretat minn Luca . Minn età żgħira, Luca beda jitħarreġ fil-kant  u matul is-snin ipparteċipa f’diversi korijiet  u avvenimenti mużikali lokali. Reċentement, wera interess qawwi lejn ix-xena tat-teatru mużikali , fejn seta’ jgħaqqad l-imħabba tiegħu lejn il-palk u l-kant. Ħerqan u mħeġġeġ, huwa jħares ’il quddiem lejn il-ħwejjeġ sbieħ li d-dinja tat-teatru għandha x’toffri fil-futur qarib.

IBBUKKJA ONLAJN

Moses
Obla Da

Alice_OblaDi_PFP.jpg

Moses Galea huwa min Bormla u għandu 25 sena. L-esperjenza tiegħu minn età żgħira ma’ missieru fil-Kumpanija Teatrali Antonjani Dejjem Ferrieħa, xprunat l-interess tiegħu fid-dinja tat-teatru kemm minn wara il-kwinti kif ukoll bħala attur. Huwa ħa sehem f’diversi produzzjonijiet teatrali fejn involvew reċtar, żfin u kif ukoll xogħol minn wara l-kwinti inkluż kompożizzjoni ta’ mużika oriġinali għal ċertu produzzjonijiet. Moses ħerqan ferm għal proġetti futuri sabiex jsaħħaħ l-esperjenza tiegħu fid-dinja teatrali.

Matteo Testa
Ix-Xorts

Alice_Ix-Xorts_PFP.jpg

Għandna Ix-Xorts, interpretat minn Matteo li għandu 16-il sena u li beda fit-teatru minn meta kellu 5 snin . B’taħriġ fil-vocal coaching u ż-żfin, kiseb diploma fid-drama mat-Trinity College . Fost l-irwoli tiegħu nsibu Bahh, il-Pantomima bil-Malti, u My Son Pinocchio Jr . Matteo deher ukoll fil-film Awstraljan Machination u f’serje televiżivi Maltin , u diġà għandu rwoli ġodda ppjanati għas-sena d-dieħla .

Beppe Mauro
 

Il-Flokk

Alice_IlFlokk_PFP.jpg

Beppe, li għandu 12-il sena, huwa l-iżgħar membru tal-kast 🎭. Din is-sena hija r-raba sena konsekuttiva li qed jieħu sehem fil-pantomima, fejn ser jinterpreta l-parti tal-Flokk 🐰.

Beppe huwa artist Malti b’passjoni qawwija għar-reċtar, li beda fl-età ta’ 6 snin fis-serje "Il-Għarusa." Minn dakinhar, huwa ħa taħriġ f’diversi dixxiplini tal-Arti tal-Ispettaklu biex jiżviluppa l-ħiliet tiegħu. Huwa pparteċipa f’diversi produzzjonijiet barranin u lokali, kif ukoll f’riklami 📺

      IBBUKKJA ONLAJN

Alexia Micallef
Il-Bażużlu tar-Reġina

Alice_IlBażużlutarreġina_PFP.jpg

Alexia Micallef hija artista versatili b’esperjenza vasta fl-arti performattiva, mibnija min snin ta’ taħriġ kemm bħala kantanta kif ukoll bħala attriċi. Bdiet il-vjaġġ artistiku tagħha ta’ erba’ snin, u kompliet titħarreġ u tirfina permezz ta’ eżamijiet vokali ma’ Trinity College u eżamijiet fid-Drama u l-Musical Theatre ma’ L.A.M.D.A., fejn dejjem kisbet marki għoljin.

Fl-2022 kisbet rikonoxximent nazzjonali meta rebħet l-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Fil-Kexxun u ħadet ukoll l-premju tal-Aqwa Interpretazzjoni. Sena qabel rebħet it-Tour Music Fest, esperjenza li fetħet il-bibien għal opportunitajiet internazzjonali.

Barra kantanta Alexia hi wkoll attriċi affermata. Fl-2021 ingħatat il-premju ta’ L-Aqwa Attriċi fil-Cospicua Short Play Festival. Kellha wkoll l-opportunita li tesplora t-teatru fuq livell internazzjonali ġewwa l-Indja u Slovenja fejn kisbet esperjenza kulturali imprezzabli. 

Fl-2024, gradwat b’Baċellerat fl-Arti Performattiva fejn saħħet iktar l-għarfien tagħha. Hija tibqa tfittex opportunitajiet ġodda biex tikber, titgħallem u tkompli tispira lill-udjenzi permezz tal-arti tagħha.

Joseph Fenech

Alice_BuDembu_PFP.jpg

Ir-rectar minn dejjem kien jghogobni, minn meta kont zghir, jista’ jkun ghall-fatt li ommi kienet tiehu lili u lil-huti naraw plays ta’ spiss u minn hemm nibtet in-namra ghall-palk. Bdejt fuq palk ckejken gewwa l-youth centre taz-Zejtun. Kelli xi 13 il sena, konnha ntellghu kummeidji l-iktar, dak iz-zmien bis-suggeritur. Kien hemm zmien fejn waqaft ghax kont bdejt nilghab basketball, pero’ ta xi 23 sena ergajt bdejt nirrecta. Dak iz-zmien kont ghamilt kors qasir tad-drama mal-kumpanija Teatru Rjal u minn hemm bdejt niehu sehem bhala extra fi plays u anke musicals. Wara ftit bdejt ninghata rwoli bil-parlant. Komplejt naghmel korsijiet tad-drama fejn ghamilt kors ta’ 3 snin , u bdejt ninghata rwoli mportanti f’hafna plays. Hdimt f’hafna teatri madwar Malta u Ghawdex kif ukoll taht diversi diretturi. Il-palk hadni wkoll fuq it-TV fejn hadt sehem f’diversi serje, pero’ nistqarr li l-palk ma nbiddlu ma xejn.

Mariah
Il-Bajda-Dragun

Mariah Mangion hija kantanta u awtriċi ta’ kanzunetti Maltin. Hi magħrufa ħall-vuċi qawwija tagħha u l-preżenza affaxxinanti fuq il-palk. Emerġiet mix-xena mużikali vibranti ta’ Malta u kisbet rikonoxximent nazzjonali permezz ta’parteċipazzjonijiet f’festivals u kompetizzjonijiet lokali, b’mod speċjali Brillanti Singers 2025.


L-istil mużikali tagħha jgħaqqad elementi ta’ pop, soul u influwenzi kontemporanji, u juri kemm il-fond emozzjonali kif ukoll il-versatilità vokali tagħha – partikolarment permezz tas-single ta’ debutt tagħha ‘Supersonic’, li laħaq in-Numru 1 fil-klassifiki tar-radju f’Malta. Mariah bniet bażi soda ta’ partitarji leali permezz ta’ esibizzjonijiet mimlijin emozzjoni u mużika oriġinali li tolqot lill-udjenza.


Lil hinn mix-xogħol tagħha bħala solista, hija attiva fix-xena tat-teatru mużikali Malti u bħalissa qed issegwi lawrja fil-Liġi fl-Università ta’ Malta.
B’passjoni għall-istejjer permezz tal-kanzunetta, Mariah Mangion hija talent li jipprometti u li jixraqlu jkun osservat.  

DANITA CAMILLERI  -  Danita Camilleri magħrufa bhala onechickandayorkie għal kontenut umoristiku tagħha. Hija turi hajja reali u awtentika flimkien ma binha Lenny. Huma flimkien jaghmlu duo helu hafna u n-nies jhobbuhom hafna minhabba l-għaqda sabiha li għandhom ma xulxin, Danita apparti li l-kontenut tagħha dejjem inisinlek tbissima, pero dejjem tipprova tagħti tagħlima sabiħa fuq dak kollu li tkun għaddejja minnu. 

Ir-realta u l-ispontanjita tal-kontenut tagħhom iġġalek tidħak u tħobbhom specjalment iċċkejken Lenny.

Danita u Lenny Camilleri
Il-Fenka u z-Zarmuġ

Lejla ta' spettaklu u armonija
LOGO JIDDU L KWIEKEB.jpg
Unique Soctacular Show
More information and
Booking
LOGO JIDDU L KWIEKEB.jpg
Għal aktar tgħarif...........
Spettaklu muzikali uniku
PRESS CONFERENCE 4-09-2025.jpg

IBBUKKJA ONLAJN

20250824_090547_edited.jpg

PAUL TESTA

Producer

bRYAN_edited.jpg

BRAYN MUSCAT

Artistic Director

Rodney 2_edited.jpg

RODNEY GAUCHI

Technical Director

CONRAD_edited.jpg

CONRAD BRIFFA

Musical Director

CLAYTON MIFSUD
Dance Choreography
Capture.PNG
99476468
world-wide-web-white.png
www. ktrmalta.com
rsz_original_summer_programme_2015.png
Nest_Logo_Stacked_-08.png
Tokis Full Colour.png
mattress_collection_5.png

133,

G'Mangia Hill,

G'Mangia, PTA1311.

Malta, Europe

Pepsi HQ.png
CREATIVE-EUROPE-DESK-1-logo_edited.jpg
bottom of page