

00356 99476468
Mediterranean Conference Centre, Valletta


.jpg)

Il-Pantomima Maltija 2026

Dar il-Mediterran, Valletta
Informazzjoni dwar il-Booking:
Prezz speċjali għat-tfal taħt it 12 il-sena akkumpanjati mill-genituri u anzjani 'l fuq mis-60 sena. (jigu mitluba il-karta ta' l-identita) Iħallsu kif gej:
STALLS-GENB:
STALLS ĊENTRALI:
DRESS CIRCLE A sa M:
DRESS CIRCLE N sa Q:
GALLARIJA:
**BOXES 5 SEATS :
**Prezz imnaqqas għal persuni li jużaw il-Wheel Chair għandhom iċemplu 99476468
Min jibbukkja bejn l-1 u it-30 ta' Settembru 2026 jiffranka 10% ħlief it-tfal u l-anzjani minħabba li dawn igawdu mir-roħs mill-bidu sa l-aħħar.
Kbar: € 30.00 Tfal: € 25.00 Anzjani: € 25.00
Kbar: € 35.00 Tfal: € 23.00 Anzjani: € 30.00
Kbar: € 45.00 Tfal: € 35.00 Anzjani: € 40.00
Kbar: € 40.00 Tfal: € 33.00 Anzjani: € 35.00
Kbar: € 28.00 Tfal: € 28.00 Anzjani: € 28.00
Kbar: € 45.00 Tfal: € 35.00 Anzjani: € 40.00
BOOKING FEE / SERVICE CHARGE. Il-Booking Fee (BF) ta’ 8% hija miżjuda ma’kull biljett u tinkludi l-VAT.
*Dan il-ħlas żgħir iservi biex jipprovdilek is-servizz tal-biljett u jinkludi x-xogħol fuq is-sistema, customer care u spejjeż ohra involuti biex jingħata dan is-servizz. L-għan tagħna hu li nagħmlu s-sistema tal-biljetti mixtrija online waħda kemm jista’jkun faċli u bla problemi kemm għal min jixtri l-biljetti u kemm għall-organizzaturi tal-attività
*Il-ħlas tal-Booking Fee ma jkunx jista’jingħata lura taħt ebda ċirkostanza.
*Għal aktar tagħrif jew problema tista ċċempel 99476468j jew email info@ktrmalta.com.


Nistgħu minn issa niggarantixxu lil dawk kollha li jogħġobhom jattendu għal xi waħda mir-rapprezentazzjonijiet se jassistu għal pantomima li żżomm it-tradizzjoni ta’ attività teatrali adattata għall-familja kollha, se jkunu qed jassistu wkoll għal produzzjoni ta’ livell għoli f’dak li hu skript, dwal, kostumi, xenografija, kant, żfin u korjografija professjonali bl-aqwa elementi tal-mument fil-qasam tal-ispettaklu lokali.
Fost dawn nistgħu nsemmu xi innovitajiet kbar bhad Direttur bravu Vikesh Godhwani b'diversi suċċessi kemm f'Malta kif ukoll barra min xtutna li jinkludu diversi Awards.
Bħala kantanti u atturi dis-sena nsibu għat-tmien sena konsekuttiva lil Rodney Camilleri Gauci bħala d-Dama, Lee-N, Petra, Leah Mifsud, Luca Pardo, Joseph Fenech, Matteo Camilleri Testa, Beppe Calleja Tonna u Alexia Micallef.
George Micallef u l-Godda
t.
Id-direzzjoni kif ghedna aktar il-fuq hi f’idejn Vikesh Godhwani, Koreografija ta’ Kinetic Dance Studio, Arranġamenti mużikali f’idejn il-Band Leader Edward XXXXX, Kostumista u ħajjat Noel Zarb u Ernest Camilleri Make by Varena bi Produzzjoni Artistika f’idejn Pawlu Testa f’isem il-kumpanija Teatru Rjal.
Il-booking jinsab miftuħ minn fuq ktrmalta.com jew Showshappening.com jew permezz tat-telefon numru 99476468.
Nittamaw li tingħaqdu magħna biex flimkien mas-Sbejha Maria Waterhill fil-Parti ta' Bella u l-Bestja, li fil-verita Luca Pardo huwa wiehed mill-atturi ta' vera li ghandna f'pajjizna u bosta atturi ohra msemmija aktar il-fuq nieħdu gost flimkien.

Rodney Camilleri Gauci
Id-Dama

Rodney Gauci jew aħjar Rodney Camilleri Gauci, kif issa sirna nsejħulu peress li żied kunjom wara ż-żwieġ, ilu seba’ snin jagħti l-aqwa nterpretazzjoni tiegħu fil-pantomima, u din is-sena se jerġa’ jinterpreta l-karattru ikoniku tad-dama!
Rodney huwa wiċċ magħruf fuq il-palk u mat-telespettaturi tat-televiżjoni bħala attur komiku u huwa wkoll il-moħħ wara l-kitba tal-pantomima tagħna li sena wara sena kienet splużjoni ta’ kreattività u umoriżmu! Nistgħu ngħidu li Rodney huwa artist b’passjoni kbira għall-pantomima, u bħal ma jafu dawk li xi darba jew ohra messu ma din il-Pantomima. Rodney jittrażmetti ħafna enerġija fuq il-palk fejn jdaħħqek mingħajr sforz DIn is-sena titlifx l-interpretazzjoni ta' Rodney u l-bqija tal-kast eċċezzjonali fil-Pantomima Maltija 2025, "Alice f'dal pajjiz tal-Meravilji"
Lee - N
Il-Kappellan

Lee-N hija theatre practitioner li taħdem fuq xogħlijiet oriġinali u kontemporanji fix-xena teatrali. Gradwat fit-Teatru Kontemporanju, f’East 15 Acting School, l-Università ta’ Essex , u studjat il-Performance Arts fit-Trinity College 🎭 u Theatre Directing, fil-Morley College, f'Londra 💃. Lee-N ħadmet f’diversi proġetti teatrali u workshops f’Malta, Londra, u madwar l-Ewropa 🌎. Fil-pantomima, dejjem issibha titqalleb mal-art, bit-tama li xi darba jtajruha fl-arja wkoll
Petra
Doris id-Duda

Imwielda fit-11 ta' Awwissu 1987, ġejja minn familja mużikali u bdiet tkanta fl-età ta’ 17-il sena wara li kienet ilha tistudja l-mużika u ddoqq il-pjanu. Hi kisbet suċċess f’kompetizzjonijiet prestiġġjużi, fosthom l-Għanja tal-Poplu, Malta Eurovision Song Contest, X Factor u Mużika Mużika . Petra kienet ukoll membru tal-Gospel Choir Anime u dehret diversi drabi fil-kunċert Rockestra . Fl-2023, hija għamlet id-debutt tagħha fil-pantomima bil-Malti, fejn interpretat l-irwol ta’ Ursula u ħadet sehem fil-musical popolari ‘Il-Kbir għadu Ġej’.
Id-Dama
Leah
Alice

Leah ilha minn eta' żgħira fid-dinja tat-teatru u l-pantomima mal-Kumpanija Teatru Rjal. Bdiet il-kant ta’ 6 snin u l-imħabba tagħha għad-drama bdiet wara li dehret fi programm televiżiv . Studenta tal-Performing Arts fl-MCAST, Leah dehret f’musicals prestiġġjużi bħal “Il-Qfil u l-Ħelsien Skont Manwel Dimech,” “Matilda” u “Oliver.” Fl-2020, kisbet it-tieni post fil-Malta Junior Eurovision u reċentement ġiet imfaħħra fil-Cospicua Short Play Festival bħala Jaymie f’“Dawra li ma Tiqafx” Din hi il darba li qed tiehu sehem fil Pantomima imtella mill-KTR
Ina Robinich
Obla Di

Ina Robinich - Imwielda fit-12 ta’ Marzu 1979, Ina Robinich hija kantanta u attriċi, l-iżgħar fost ħutha. Minn età żgħira wriet passjoni fil-mużika u bdiet titħarreġ fil-pjanu u fil-vuċi.
Fl-1999 kienet finalista fil-Festival Kanzunetta Żgħażagħ fejn ikklassifikat fit-2 post bil-kanzunetta 'Voice of the Moon', u sena wara reġgħet kisbet post fil-finali. Fl-2001 għamlet id-debutt tagħha fl-Għanja tal-Poplu b’Għanja Maltija, kantata ma’ Claudette Pace. Fl-2004 rebħet l-istess festival bil-kanzunetta 'Wellidni', kitba ta’ Deo Grech u mużika ta’ Dominic Cini.
Matul is-snin irrappreżentat lil Malta barra minn xtutna, fosthom fis-Slaviansky Bazaar Singers Contest tal-2005. Madankollu, baqgħet leali lejn il-kompetizzjonijiet lokali, b’parteċipazzjonijiet fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza fl-2007, 2008, 2014, 2015 u 2023.
Ina għandha wkoll esperjenza estensiva fuq il-palk teatrali, fejn ħadet sehem f’għadd ta’ produzzjonijiet mtella mill-Kumpanija Teatru Rjal u ohrajn
Ir-Regina tal-Qlub
Sarah Micallef Muscat

Sarah Micallef Muscat hi kantanta u performer bi sfond fit-teatru mużikali u fit-televiżjoni. Hi interpretat rwoli ewlenin fi produzzjonijiet bħal Matilda the Musical (Mrs Wormwood) u The Sound of Music (Sister Sophia), u daqqet ukoll mal-Orkestra tal-Welsh Musical Theatre fit-Teatru Manoel.
Sarah hija wkoll magħrufa għat-traduzzjonijiet tagħha għall-Malti ta’
kanzunetti ta’ Disney, li kisbu suċċess kbir online. Il-preżenza simpatika tagħha fuq il-palk u l-imħabba tagħha għar-rakkonti ta’ stejjer permezz tal-mużika jagħmluha leħen uniku fix-xena tal-arti teatrali f’Malta.
IBBUKKJA ONLAJN
Marvic
Il-President tal-Każojn

Marvic Camilleri. L-imħabba u l-interess għall-palk beda minn kmieni fis-snin 80 fuq il-palk tat-Teatru tal-Opra Aurora bħala parti mill-cast tat-tfal fl-opra Nabucco.
Fl-iskola tad-drama fis-snin 90, Marvic iltaqa' ma' Ġorg Mizzi u fl-aħħar tas-snin 90 bħala żagħżugħ kellu partijiet prinċipali fi Spartacus (1996), fil-parti ta’ Marius fil-musical Les Miserables (1998) u Joseph f’Joseph and the Amazing Technicolour Dreamcoat (1999). Fl-Aurora Marvic kien involut fil-produzzjoni tal-opra bħala assistent reġista fil-produzzjonijiet Tosca (1993) Aida (1998) u Carmen (1999) ta’ Novella Tabili.
Dan hi l-ewwel pantomima li Marvic qed jieħu sehem fiha wara r-ritorn tiegħu lura fuq il-palk wara ħafna snin, u wara is-sehem tiegħu fil-programm Big Brother Malta iktar kmieni din is-sena.
Luca Pardo

Imiss inlaqqgħukom ma' Fonzu l-Fenek, interpretat minn Luca . Minn età żgħira, Luca beda jitħarreġ fil-kant u matul is-snin ipparteċipa f’diversi korijiet u avvenimenti mużikali lokali. Reċentement, wera interess qawwi lejn ix-xena tat-teatru mużikali , fejn seta’ jgħaqqad l-imħabba tiegħu lejn il-palk u l-kant. Ħerqan u mħeġġeġ, huwa jħares ’il quddiem lejn il-ħwejjeġ sbieħ li d-dinja tat-teatru għandha x’toffri fil-futur qarib.
IBBUKKJA ONLAJN
Moses
Obla Da

Moses Galea huwa min Bormla u għandu 25 sena. L-esperjenza tiegħu minn età żgħira ma’ missieru fil-Kumpanija Teatrali Antonjani Dejjem Ferrieħa, xprunat l-interess tiegħu fid-dinja tat-teatru kemm minn wara il-kwinti kif ukoll bħala attur. Huwa ħa sehem f’diversi produzzjonijiet teatrali fejn involvew reċtar, żfin u kif ukoll xogħol minn wara l-kwinti inkluż kompożizzjoni ta’ mużika oriġinali għal ċertu produzzjonijiet. Moses ħerqan ferm għal proġetti futuri sabiex jsaħħaħ l-esperjenza tiegħu fid-dinja teatrali.
Matteo Testa
Ix-Xorts

Għandna Ix-Xorts, interpretat minn Matteo li għandu 16-il sena u li beda fit-teatru minn meta kellu 5 snin . B’taħriġ fil-vocal coaching u ż-żfin, kiseb diploma fid-drama mat-Trinity College . Fost l-irwoli tiegħu nsibu Bahh, il-Pantomima bil-Malti, u My Son Pinocchio Jr . Matteo deher ukoll fil-film Awstraljan Machination u f’serje televiżivi Maltin , u diġà għandu rwoli ġodda ppjanati għas-sena d-dieħla .
Beppe Mauro
Il-Flokk

Beppe, li għandu 13-il sena, huwa l-iżgħar membru tal-kast 🎭. Din is-sena hija r-raba sena konsekuttiva li qed jieħu sehem fil-pantomima, fejn ser jinterpreta l-parti tal-Flokk 🐰.
Beppe huwa artist Malti b’passjoni qawwija għar-reċtar, li beda fl-età ta’ 6 snin fis-serje "Il-Għarusa." Minn dakinhar, huwa ħa taħriġ f’diversi dixxiplini tal-Arti tal-Ispettaklu biex jiżviluppa l-ħiliet tiegħu. Huwa pparteċipa f’diversi produzzjonijiet barranin u lokali, kif ukoll f’riklami 📺
IBBUKKJA ONLAJN
Alexia Micallef
Il-Bażużlu tar-Reġina

Alexia Micallef hija artista versatili b’esperjenza vasta fl-arti performattiva, mibnija min snin ta’ taħriġ kemm bħala kantanta kif ukoll bħala attriċi. Bdiet il-vjaġġ artistiku tagħha ta’ erba’ snin, u kompliet titħarreġ u tirfina permezz ta’ eżamijiet vokali ma’ Trinity College u eżamijiet fid-Drama u l-Musical Theatre ma’ L.A.M.D.A., fejn dejjem kisbet marki għoljin.
Fl-2022 kisbet rikonoxximent nazzjonali meta rebħet l-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Fil-Kexxun u ħadet ukoll l-premju tal-Aqwa Interpretazzjoni. Sena qabel rebħet it-Tour Music Fest, esperjenza li fetħet il-bibien għal opportunitajiet internazzjonali.
Barra kantanta Alexia hi wkoll attriċi affermata. Fl-2021 ingħatat il-premju ta’ L-Aqwa Attriċi fil-Cospicua Short Play Festival. Kellha wkoll l-opportunita li tesplora t-teatru fuq livell internazzjonali ġewwa l-Indja u Slovenja fejn kisbet esperjenza kulturali imprezzabli.
Fl-2024, gradwat b’Baċellerat fl-Arti Performattiva fejn saħħet iktar l-għarfien tagħha. Hija tibqa tfittex opportunitajiet ġodda biex tikber, titgħallem u tkompli tispira lill-udjenzi permezz tal-arti tagħha.
Joseph Fenech

Ir-rectar minn dejjem kien jghogobni, minn meta kont zghir, jista’ jkun ghall-fatt li ommi kienet tiehu lili u lil-huti naraw plays ta’ spiss u minn hemm nibtet in-namra ghall-palk. Bdejt fuq palk ckejken gewwa l-youth centre taz-Zejtun. Kelli xi 13 il sena, konnha ntellghu kummeidji l-iktar, dak iz-zmien bis-suggeritur. Kien hemm zmien fejn waqaft ghax kont bdejt nilghab basketball, pero’ ta xi 23 sena ergajt bdejt nirrecta. Dak iz-zmien kont ghamilt kors qasir tad-drama mal-kumpanija Teatru Rjal u minn hemm bdejt niehu sehem bhala extra fi plays u anke musicals. Wara ftit bdejt ninghata rwoli bil-parlant. Komplejt naghmel korsijiet tad-drama fejn ghamilt kors ta’ 3 snin , u bdejt ninghata rwoli mportanti f’hafna plays. Hdimt f’hafna teatri madwar Malta u Ghawdex kif ukoll taht diversi diretturi. Il-palk hadni wkoll fuq it-TV fejn hadt sehem f’diversi serje, pero’ nistqarr li l-palk ma nbiddlu ma xejn.
Mariah
Il-Bajda-Dragun
Mariah Mangion hija kantanta u awtriċi ta’ kanzunetti Maltin. Hi magħrufa ħall-vuċi qawwija tagħha u l-preżenza affaxxinanti fuq il-palk. Emerġiet mix-xena mużikali vibranti ta’ Malta u kisbet rikonoxximent nazzjonali permezz ta’parteċipazzjonijiet f’festivals u kompetizzjonijiet lokali, b’mod speċjali Brillanti Singers 2025.
L-istil mużikali tagħha jgħaqqad elementi ta’ pop, soul u influwenzi kontemporanji, u juri kemm il-fond emozzjonali kif ukoll il-versatilità vokali tagħha – partikolarment permezz tas-single ta’ debutt tagħha ‘Supersonic’, li laħaq in-Numru 1 fil-klassifiki tar-radju f’Malta. Mariah bniet bażi soda ta’ partitarji leali permezz ta’ esibizzjonijiet mimlijin emozzjoni u mużika oriġinali li tolqot lill-udjenza.
Lil hinn mix-xogħol tagħha bħala solista, hija attiva fix-xena tat-teatru mużikali Malti u bħalissa qed issegwi lawrja fil-Liġi fl-Università ta’ Malta.
B’passjoni għall-istejjer permezz tal-kanzunetta, Mariah Mangion hija talent li jipprometti u li jixraqlu jkun osservat.
Danita u Lenny Camilleri
Il-Fenka l-Bajda u Fonzu l-Fenek

DANITA CAMILLERI - Danita Camilleri magħrufa bhala onechickandayorkie għal kontenut umoristiku tagħha. Hija turi hajja reali u awtentika flimkien ma binha Lenny. Huma flimkien jaghmlu duo helu hafna u n-nies jhobbuhom hafna minhabba l-għaqda sabiha li għandhom ma xulxin, Danita apparti li l-kontenut tagħha dejjem inisinlek tbissima, pero dejjem tipprova tagħti tagħlima sabiħa fuq dak kollu li tkun għaddejja minnu.
Ir-realta u l-ispontanjita tal-kontenut tagħhom iġġalek tidħak u tħobbhom specjalment iċċkejken Lenny.
Lejla ta' spettaklu u armonija
Unique Soctacular Show
More information and
Booking
Għal aktar tgħarif...........
Spettaklu muzikali uniku
IBBUKKJA ONLAJN

PAUL TESTA
Producer

BRAYN MUSCAT
Artistic Director

RODNEY GAUCHI
Technical Director

CONRAD BRIFFA
Musical Director

CLAYTON MIFSUD













