top of page
Simpatici Square.jpg

Il-Familja Cassar tasal lura d-dar wara vaganza qasira u ssib ma wiċċha dak li ma kienitx qed tistenna!

X’inqala mela ? U għaliex Lieni u Salvinu ser jinżammu kompliċi mill-ispettur Leonard u l-assistant tiegħu PC Borg? Tgħid Maria ser taħfirlu lil Leonard din d-darba li nesa’! Imma jekk fl-istorja kollha ma jdeffisx rasu l-Kappillan, ġaladarba hemm l-ikel involut ma jkunx hu. U Charlie xi ġralu f’dan kollu? Għalfejn miegħu ghandu lil Ġanni u lil Alan? Filwaqt li sabiex l-istorja tkompli titħawwar ma jonqosx li jidħlu fin-nofs Mrs Axaiq, Chantelle u s-Sur Tonna, u min aktar? Min jasal bla mistenni?

Ejjew u araw din il-kummiedja ġdida ta’ SIMPATIĊI.

Lestu ruhkom għad-daħk! U xi sorpriża ma tonqosx!

Teatru Istitut Kattoliku, Furjana

Il-Hadd 8 ta' Ottubri 2023 fis-6.30pm

Il-Gimgħa 13 ta Ottubru 2023

Is-Sibt 14 ta' Ottubru 2023

Il-Hadd 15 ta' Ottubru 2023

bottom of page